Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
ISLA JIRBHU IC-CHARITY CUP TA' L-EWWEL U IT-TIENI DIVIZJONI GHAS-SENA 2011

It-Tieni Finali li giet organizzata mill-Federazzjoni kienet dik il-Finali tac-Charity Cup ghall-Klabbs ta’ l-Ewwel u it-Tieni Divizjoni bejn il-Klabb ta’ lsla kontra Zebbug.  Il-Klabb ta’ lsla rebhu din il-Kompetizzjoni ghal-ewwel darba. Din is-sena il-klabb ta’ Isla rebah il-promozzjoni kif ukoll li ghall-ewwel darba klabb tat-tieni divizjoni rebah dan l-unur.

Il-Finalisti kienu it-tim ta’ Isla li kien kompost mill-plejers Kenneth Grech, Reno Bonnici, Alex Urry, Renato Abela, John Spiteri u Charles Cassar.

It-tim ta’ Zebbug kien kompost mill-plejers George Grech, Jason Bartolo, Mabli Spiteri, Kevin Camilleri, Jesmond Farrugia u Mario Cortis.

Din il-Finali saret fil-pitch ta’ Paola Schrieber quddiem folla numeruza ta’ diletanti tal-bocci. Bhal ma tafu ic-Charity Cup tintlaghab fuq Tlett loghbiet ta’ Hdax il-punt kull wiehed. L-ewwel loghba tkun ta’ l-Individwali, imbaghad ta’ Tnejn kontra Tnejn u fl-ahhar dik ta’ Tlieta kontra Tlieta. Jinghaddu il-punti tat-Tlett loghbiet u min itella l-izjed punti jigi dikjarat ir-rebbieh.

Fl-ewwel loghba ta’ l-Individwali Kenneth Grech ( Isla ) laghab kontra George Grech ( Zebbug ). Din il-loghba kienet ferm interesanti, fejn il-Plejer ta’ Isla Kenneth Grech fetah tajjeb meta fl-ewwel gugata ghamel zewg punti. Il-plejer ta’ Haz-Zebbug George Grech fiz-zewg gugati ta wara it-tieni u tielet il-plejer ta’ Zebbug ghamel punt kull gugata biex l-iskor sat-tielet gugata kien tnejn ma tnejn. Il-plejer ta’ l-Isla Kenneth Grech kien stumentali fejn fiz-zewg gugati ta’ wara ghamel l-iskor hamsa ma tnejn. Fis-sitt gugata il-plejer ta’ Haz-Zebbug ghamel punt iehor bl-iskor hamsa ma tlieta. Il-plejer ta’ esperjenza kbira Kenneth Grech ( Isla ) ghamel rimonta qawwija fejn it-tmiem u disa gugata ghamel sitt punti li kellu bzon biex rebah il-partita hdax ma tlieta. 

Fit-Tieni loghba dik ta’ Tnejn kontra Tnejn it-tim ta’ Isla kien Kompost min Reno Bonnici ( Capt ) u Renato Abela, it-tim ta’ Haz-Zebbug kien kompost min Jason Bartolo ( Capt ) u Mabli Spiteri. It-tim ta’ Haz-Zebbug fethu tajjeb ghax wara zewg gugati kienu tnejn 5 ma xejn min fuq. Fit-Tielet gugata it-tim ta’Isla ghamel punt wiehed biss. Il-plejers ta’ Haz-Zebbug kienu vena mill-aqwa li ma tawx cans lit-tim ta’ l-isla jithol fil-loghba fejn b’loghob preciz u tfendija perfeta fir-raba gugati ta’ wara Haz-Zebbug ghamlu tmiem punti, biex l-iskor gie Haz-Zebbug hdax u lsla wiehed, fejn kollox kien deciz fit-tielet partita ghax l-iskor taz-zewg loghbiet kien jaqra Haz-Zebbug erbatax u Isla tnax. 

It-tim ta’ lsla fil-loghba ta’ Tlieta kontra Tlieta kien kompost min Kenneth Grech, Reno Bonnici u Renato Abela. It-tim ta’ Haz-Zebbug kien kompost min George Grech, Jason Bartolo u Mabli Spiteri.

Isla fethu tajjeb fejn fl-ewwel erba gugati ghamlu tmiem punti. It-tim ta’ Zebbug ghamel sostituzjoni fejn dahal jilghab il-plejer fendatur Kevin Camilleri min flok Mabli Spiteri. Imedjata kienet ir-rejazzjoni mit-tim Zebbugi fejn fil-hames u sitt gugata ghamel hames punti. Imma it-tim ta Isla kien forma mill-aqwa fejn b’loghob preciz u tfendija perfeta fis-seba gugata ghamlu it-tlett punti li kellhom bzonn, biex finalment rebhu il-partita hdax ma hamsa. Isla rebhu din il-finali bl-iskor ta’ tlieta u ghoxrin ma zatax, fost il-briju tas-supporters qalbiena u numeruzi Senglejani. 

Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee tal-Federazzjoni is-Sur Emmanuel Camilleri, Assistit mis-Sur Nazzareno Muscat.
Wara il-Finali s-Sur Vanni Fabri, President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, ipprezenta it-tazzi ferm sbieh lir-rebbieha kif wkol lil finalisti.  

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION