Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IL-LOGHBA BEJN BIRGU U BUGIBBA

Illum 16 ta’ Lulju, fil-5.00 p.m fil- H.Q. tal-Federazzoni iltaqa il-Bord tal-Protesti u Dixxiplina kompost miċ-Chairman is-Sur Lawrence  Bonanno, Membru s-Sur John Formosa u Membru s-Sur Jimmy Mallan fuq il-każ tal-protest li sar mill-klabb ta’ Bugibba fuq il-lobgħa li saret ġewwa il-piċ tal-Birgu bejn il-Birgu u Buġibba.

Quddiem il-Bord dehru Uffiċjali flimkien mal-kaptins taż-żewġ Klabbijiet involuti fil-protest fejn taw il-verzjoni tagħhom. Deher ukoll ir-referee li kontrolla dik il-lobgħa is-Sur John Lia.

Wara li l-Bord semgħa il-verzjonijiet kollha wasal għal konkluzzjoni u ħareġ bil-verdett li l-protest intilef mil-klabb ta’ Buġibba għax Emanuel Spiteri kien laħaq lagħab il-boċċa meta ħareg miċ-ċirku u għalhekk ma nkisser l-ebda regolament.

Il-lobgħa tar-Reserves bejn Bugibba kontra Birgu sejra issir fil-25 ta’ Lulju 2012 fis-6.30 pm ġewwa il-piċ ta’ Buġbba.

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION