Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IL-KLABB TAL-BIRGU JIRBAH IC-CHARITY CUP GHAS-SENA 2013

Nhar L-Erbgħa 20 ta’ Novembru, 2013 ġewwa il-piċ ta’ Ħal-Lija ntlabgħet il-finali taċ-Charity Cup, li d-dħul kollu min din il-kompetizzjoni jmurr kollu għall-karita.

Iż-żewġ klabbs li waslu sal-finali ta’din il-kompetizzjoni huma il-klabb tal-Birgu w il-Klabb ta’Qormi San Bastjan. It-tim tal-klabb tal-Birgu kien kompost mill-plejers Joseph Tabone, Adrian Caruana, Vincent Galea, Mario Galea, John Borg u Rodrick Abela filwaqt it-tim ta’ Qormi San Bastjan kien kompost mill-plejers Noel Axiaq, Micheal Busuttil, Emanuel Brignone, Alfred Ellul u Steve Caruana.

Din il-kompetizzjoni tintlgħab fuq tlett partiti u jieħdu sehem fiha wieħed kontra wieħed, tnejn kontra tnejn u tlieta kontra tlieta.L-ewwel partita dik ta’ 1x1 bil-plejers Noel Axiaq għall Ħal-Qormi San Bastjan u Adrian Caruana għall-Birgu kienet kumbattuta ħafna fejn il-punti bdew sejrin daqqa naħa u - daqqa n naħa l-oħra biex fl-aħħar ħareġ rebbieħ il-plejer ta’Qormi San Bastjan 11 kontra 6.

It-tieni partita 2x2, Ħal-Qormi ħarġu bl-istess garatur Noel Axaiq u bil-fendittur Emanuel Brignone, filwaqt li l-Birgu ħarġu lill-plejers Joseph Tabone bħala teffieħ u Mario Galea fendatur. Il-lobgħa kienet kemxejn isbaħ mill-ewwel waħda għax il-punti bdew tilgħajn rasimbras fejn saħnsitra sal-erbatax il-ġugata l-punti kienu 9 ma’ 9, iżda fil-ħmistax l-ġugata it-tim tal-Birgu għamel iż-zewġ punti li kellu bżonn biex rebaħ bil-punteġġ ta’ 11 konta 9.

Għall-aħħar partita  it-tim ta’ Ħal-Qormi  San Bastjan ħarġu lill-plejers Micheal Busuttil, Alfred Ellul u Steve  Caruana u l-Birgu ħarġu lill-plejers Joseph Tabone, Adrian Caruana u Charles Galea. Kontra ż-zewġ partiti ta’qabel, it-tielet partita ma tantx hemm wieħed xi jgħid għalkemm damet sal-għaxra u nofs ta’ bil-lejl, għax veru rajna logħob fqir ħafna miż-żewġ timijiet.

Għalkemm iż-żewġ timijiet għamlu sostizzjonijiet fejn it-tim ta’Qormi San Bastjan ħarġu lill Emanuel Brignone flok Micheal Busuttil u l-Birgu ħarġu lill Vince Galea flok Mario Galea u John Borg flok Adrian Caruana fil-lobgħa ma nbidel xejn bir-riżultat jaqra Birgu 11, Qormi San Bastjan 4, għalhekk il-Birgu rebħu din il-finali bil-punteġġ ta’ 28 kontra 24.

Wara l-lobgħa l-President is-Sur Vanni Fabri preżenta it-tazzi liż-żewġ timijiet. Ir-referees tal-lobgħa kienu s-sur Ivan Cortis assistit mir-referee s-sur Emanuel Camilleri.


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION