Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
MICHAEL CASHA CHAMPION TA' MALTA TAL-BOCCI GHALL-HAMES DARBA

L-ewwel finali tal-Bocci organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, kienet dik ta’ l-Individwali li r-rebbieh taghha ikun dikjarat Champion ta’ Malta, li saret fil-pitch ta’ Haz-Zabbar.
 
Ghal din il-kompetizzjoni, fuq bazi ta’ knock out, din is-sena dahlu 103 il-plejer minn fost il-klabbs kollha. Il-Finali laqqghet ma xulxin lill plejer Michael Casha ( Paola Schrieber  ) u Kenneth Grech ( Zebbug ).
 
Din ma kinietx l-ewwel Final ghal Michael Casha, infatti huwa kien rebah din il-kompetizzjoni fis-sena 1987  mal-klabb tal-Marsa, fis-sena 1997 mal-klabb ta’ Bormla, fis-sena 2002 mal-klabb ta’ Qormi San Bastjan u fis-sena 2007 mal-klabb ta’ Msida u din is-sena 2012 mal-klabb ta’ Paola Schrieber.
 
Beda biex fl-ewwel gugata Micheal Casha ghamel erba punti u fil-gugata ta’ wara Kenneth Grech ghamel tliet punti.Fit-tielet gugata Micheal Casha ghamel sitt punti fejn ir-rizultat gie jaqra Micheal Casha 10 Kenneth Grech 6.
 
Wara li sar brejk ta’ hames minuti, Kenneth Grech ghamel zewg punti ohra  bir-rizultat gie jaqra Micheal Casha 10 Kenneth Grech 8. Il-lobgha komplit b’loghob bilancjat hafna sahansitra il-puntegg gie 16 -16. Fil-gugata ta’ wara Micheal Casha kien superjuri fil-loghob tieghu biex ghamel il-hames punti li kellu bzonn biex ghamel ir-rizultat 21-16 u b’ hekk sar ic-Champion ta’ Malta ghas-sena 2012 u ghal Hames darba fl-istorja tal-Bocci PROSET MIKE.
 
Il-lobgha kienet ikkontrolata mir-referee is-sur Nazzareno Muscat mejghun mill-assistent referee is-sur Charles Thorton.
 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION