Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
BIRGU JIRBHU T-TROFEW TA’ L-ANGLU GHAL-HAMES DARBA

Ghalkemm din is-sena it-tim tal-Birgu ma rebahx daqstant unuri bhas-sena ta’ qabel, imma xorta wahda ghalaq l-istagun fuq nota posittiva bir-rebh ghal-Hames darba, fl-istorja tal-klabb, tal-kompetizzjoni ta’ Tlieta kontra Tlieta, maghrufa aktar mad-dilettanti tal-bocci bhala “it-Trofew ta’ l-Anglu”.

Huma kienu rebhu dan l-unur fis-sena 1997, 2006, 2007, 2011u din is-sena 2012. 

Din il-finali saret fil-pitch sabih kbir u armat tajjeb ghall-okkazzjoni gewwa Hal-Tarxien quddiem pubbliku numeruz ghall-ahhar.

It-timijiet finalisti kienu We Six ( Birgu ) kompost minn Emmanuel Spiteri ( Capt ), Joseph Tabone, Mario Galea, Vincent Galea, Andrew Debono u Rodric Abela. It-tim San Bastjan ( Qormi San Bastjan ) kien kompost minn Noel Axiaq ( Capt ) Noel Gatt, Emmanuel Brignione, Jesmond Farrugia u Gary Said.

It-tim tal-Birgu fethu tajjeb u sat-tielet gugata kienu ghaxra b’xejn minn fuq ( 10-0 ). Wara il-brejk it-tim tal-Birgu ghamel hames punti ohra biex ir-rizultat gie ( 15-0 ).

Il-Qrima ghamlu sostituzjoni meta dahal Jesmond Farrugia minflokk Noel Gatt, immedjata kienet ir-reazzjoni mit-tim ta’ Qormi San Bastjan meta fis-sitt gugata ghamlu zewg punti ( 15-2), il-Qrima komplew izidu fil-punti taghhom.

Fit-tlettax il-gugata ir-rizultat gie jaqra ( 17-15 ) favur it-tim tal-Birgu. Imma b’loghob sabieh u lqit preciz li bdew juru l-plejers tal-Birgu, irrnexxielhom jiksbu rebha important fuq it-tim Bastjaniz ( 21-15 ) biex b’hekk irrnexilom inizlu isimom fuq din it-tazza ghal-Hames darba f’istorja ta’ dan il-klabb.

Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee is-sur Raymond Azzopardi mghejjun mill-assistant referee is-sur Emmanuel Camilleri.

Fi tmiem il-finali, saret il-presentazzjoni tat-Trofew ta’ l-Anglu lill-captian tat-tim We Six ( Birgu ) Emmanuel Spiteri mill-President tal-Federazzjoni is-Sur Vanni Fabri, fost il-briju u il-ferh tal-partitarji tal-Birgu. 


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION