Il-lum l-Erbgha 20 ta’ Novembru 2019, gewwa l-pic tas-St.Peter's Zabbar quddiem folla ferm numeruza ntlaghbet il-finali tan-K.O. 3 x 3 marufa bhala t-tazza tal-Anglu bejn it-timijiet taz-Zurrieq u Ghaxaq.
Ghall-Klabb ta’ Hal-Ghaxaq rebhu dan unur Tlett darbiet fis-Sena 2015 bl-isem ( MAGNA ), u fis-Sena 2017 bl-isem ( HUXI ) u din is-Sena 2019 bl-isem ( DIONE ZAMMIT ).
Ghall-klabb taz-Zurrieq din kienet l-ewwel derha taghhom fil-Finali f'din il-Kompetizzjoni.
It-Tim ta’ Hal Ghaxaq kompost min dawn il-Plejers Emmanuel Spiteri, Noel Axiaq, Mario Borg, Charles Bonnici, Emmanuel Brignone u Vincent Aguis.
It-Tim Zurrieqi huwa Kompost min dawn il-Plejers Paul Zammit, Brian Bugeja, Paul Pace, Alfred Grixti, Raymond Grixti u Charles Buttigieg.
Fl-ewwel gugata kienu it-tim ta' Hal-Ghaxaq li ghamlu 2 punti. Imedjata kienet ir-rejazzjoni min naha tat-tim taz-Zurrieq ghax fil-gugata ta' wara ghamlu 2 punti ukoll.
Imma it-tim ta' Hal-Ghaxaq qatt ma hares lura ghax id-domina din il-Partita fejn hargu rebbieha 21 ma 2.
Ma tistax ma semmiex il-plejers Emmanuel Spiteri, Noel Axiaq u Emmanuel Brignone fejn kienu vena mill-aqwa siegha il-garatuti u anke il-fendatur.
Ir-referee tal-partita kien s-Sur Raymond Azzopardi filwaqt li l-Assistent Referee kien is-Sur Harold Galea.
Proset lit-tim ta’ Hal-Ghaxaq, lill-Kumitat, lis-sapporters u lil min ta sehem biex intrebah dan l-unur.
Wara il-Finali s-Sur Vanni Fabri, President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, ipprezenta it-Tazza ferm sbieha lit-tim rebbieh kif wkoll lil finalista, fost il-ferh tal-partitarji ta' Ghaxqin.
F'ahhar haga nixtiequ nirringrazzjaw lil klabb tas-St.Peter's Zabbar li b'qalb kbira u kumitat habrieki organizzaw Finali mill-Aqwa.