Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
CJ Saliba huwa l-President il-gdid tal-FKB ghat-Tlett Snin li gejjin 2021 sa 2023

CJ Saliba huwa l-President il-gdid tal-FKB wara li Giovann Fabri jirtira l-kandidatura.

CJ Saliba huwa l-President il-gdid tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci. 

Hu kien konfermat fil-kariga ghat-tliet snin li gejjin sas-sena 2023 wara li l-President precedenti Giovann Fabri rtira l-kandidatura tieghu kemm ghall-kariga ta’ President u anke rtira n-nominazzjoni l-ohra li kien ghamel ghall-membru tal-Kunsill.

CJ Saliba inhatar b’hekk bhala President fil-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci liema laqgha saret il-bierah fil-klabb ta’ Santa Lucija.

Il-Kunsill tal-Federazzjoni se jkun iffurmat hekk:

President tal-Federazzjoni Clinton John Saliba, Segretarju Generali konfermat Antoine Grech u bhala Tezorier gie mahtur Raymond Azzopardi.

Il-membri l-ohra fil-kunsill se jkunu; Harold Galea, Demis Micallef, Alfred Pulis, John Borg, Stephen Buhagiar u Philip Gatt b’dan tal-ahhar kien coopted mill-membri prezenti waqt il-Laqgha Generali.

Fil-laqgha annwali ttiehdu zewg voti importanti dik dwar jekk hux se jsir il-kampjonat 2021 fejn kien hemm 16 -il klabb favur u 12 il-klabb kontra. Wara votazjoni ohra sar maghruf li l-kampjonat se jkun b’format ta’ zewg rounds.

Il-Loghob tal-kampjonati se jibdew ikunu skedati  ghal kull nhar ta’ Tlieta u Hamis bit-tliet divizjonijiet kollha f’daqqa.

Il-kampjonat tar-Reserves se jintlghab fuq round wiehed kull nhar ta’ Gimgha ghall-din is-sena biss. Il-kompetizzjoni tat-Tazza tal-Anglu se ssir ukoll.

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION