Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
IL-KLABB PAOLA SCHRIEBER JIRBAH CHOSSOE SUPER CUP

Għall-ewwel darba fl-istorja tal-boċċi nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru, 2013 il-finali ta’ Chossie Super Cup saret ġewwa piċ malgħuq.
 
It-tim li jirbaħ il-kampjonat ta’ l-ewwel divizzjoni u dak it-tim li jirbaħ in-K.O. 3x3 marufa aħjar bħala it-trofew tal-Anġlu, jilabgħu għas-Super Cup. Ġewwa San Pawl Il-Baħar, fil-klabb Thalasselejn ġewwa piċ imsaqqaf, modern u mill-isbaħ assistejna għall din il-finali bejn il-klabbs tal-Birgu, rebbieħa tal-kampjonat 2013, u klabb ta’ Paola Schrieber, rebbieħ tan-K.O. 3x3.
 
 It-tim tal-Birgu kien kompost mill-plejers Joseph Tabone, Adrian Caruana, John Borg, Mario Galea, Rodrick Abela u Vince Galea  u t-tim ta’ Paola Schrieber kien kompost mill-plejers Micheal Casha, Emanuel Spiteri, Harold Galea, Ronald Borg, Joe Gatt u Paul Vassallo.
 
Kull minn attenda għall din il-lobgħa tpaxxa bil-logħob sabiħ li wrew iż-żewġ timijiet. Hekk kif bdiet il-lobgħa, it-tim ta’ Paola Schieber ħasdu xi ftit lit-tim tal-Birgu għax sal-ħames ġugata ir-riżultat kien 11 ma’ 3 favur Paola Schrieber.
 
Aktar ma beda jgħaddi l-ħin, it-tim tal-Birgu beda jżid fil-logħob fejn sas-seba ġugata naqqas id-distagg għall 5 ma’ 11 izda Paola Schreber għamlu rimonta ta’ erba punti għar-rizultat ta 5 kontra 16. Fil-ġugati ta’ wara kemm il-Birgu kif ukoll Paola Schrieber ziedu fil-punti biex sal-ħmistax il-ġugata ir-riżultat kien jaqra Birgu 15, Paola Schrieber 20. Kienet is-sittax u l-aħħar ġugata li ddecidied kollox għax Paola Schrieber ħażew il-punt li kellhom bżonn għar-riżultat finali ta’ 21 kontra 15.
 
Fost il-brijju w il-ferħ tas-sapporter, Il-President tal-Federazzjoni is-Sur Vanni Fabri preżenta t-tazza sponsorjata mis-sur Joseph Scicluna (Ic-Chossie) lill-Klabb ta’ Paola Schrieber.
 
Ir-referee tal-partita kien is-Sur Horace Borg assistit mir-referee s-Sur Raymond Azzopardi.
 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION