Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
INHARSU L-QUDDIEM

Se nibdew staġun ieħor ta’ logħob tal‐boċċi.Din il‐Federazzjoni ilha mwaqqfa tmienja u għoxrin sena, u minn sena għal oħra rajna din l‐għaqda dejjem miexja ’l quddiem. Wieħed irid jagħti gieħ lil dawk kollha li taw sehemhom fil‐ħidma li saret fi ħdan il‐Kunsill kif ukoll fil‐klabbs tagħna, b’sagrifiċċju personali kontinwu. Kemm il‐membri tal‐Kunsill kif ukoll id‐diriġenti tal‐klabbs minn sena għal oħra jiltaqgħu ma’ sfidi u diffikultajiet ġodda.

Kollha kemm aħna għandna għal qalbna l‐eqdem sport ippratikat f’pajjiżna. Flimkien irnexxielna mhux biss nerġgħu nagħtu l‐ħajja lil logħba tal‐boċċi iżda rnexxilna nkomplu niżviluppaw u nsostnu dan l‐isport. Il‐Federazzjoni tħoss li qed dejjem jiżdied l‐interess fil‐logħba tal‐boċċi u dan jawgura futur sabiħ.

Fuq xewqa tal‐klabbs, u peress li n‐numru tad‐delettanti ta’ dan l‐isport qed ikompli jiżdied, il‐Kunsill ser jerġa’ jistampa r‐regolamenti tal‐logħba, l‐Istatut tal‐Federazzjoni u l‐kodiċi tad‐Dixxiplina. Huwa rrakomandat li wieħed għandu jifli l‐fuljett sewwa.

Din is‐sena jidher li diversi klabbs matul il‐waqfa qasira li kellna ħadu l‐inizjattiva biex isaħħu it‐timijiet tagħhom. Diversi kienu ilplejers li bidlu l‐klabb tagħhom, u fost dawn kellna ukoll plejers ferm magħrufa fil‐logħba tal‐boċċi. Dan jawgura tajjeb għal staġun mill‐aqwa, li ser ikun kompetittiv u missielet saħansitra fiddiviżjonijiet iz‐żgħar. Il‐klabbs tat‐tieni diviżjoni għandhom uħud mill‐aqwa plejers tal‐logħba tal‐boċċi.
Nieħu din l‐okkażjoni biex nawgura suċċess lill‐klabbs kollha fl‐istaġun li ser nibdew.

Nappellalkom biex inħarsu l‐quddiem b’fiduċja u serjetà.

Grazzi
Giovanni Fabri
President tal‐Federazzjoni Klabbs tal‐Boċċi
CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION