Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
ST.PETER'S ZABBAR BL-ISEM TA' NAQRA JIRBHU N-KOUK OUT TA' 2x2

Il-Hames u l-ahhar Finali tal-Kompetizzjonijiet tal-Bocci fost n-Knock Outs li jigu organizzati mill-Federazzjoni, kienet dik ta’ Tnejn bi Tnejn. 


Din intlaghbet fil-pitch ta’ San Gwann nhar it-Tlieta 26 ta' Novembru 2019, quddiem pubbliku numeruz u laqqghet ma xulxin lit-Timijiet ta' St.Peter's Zabbar bl-isem TA' NAQRA u dak ta' Hal-Ghaxaq bl-isem TAL-GRAZZJA.


It-Tim tas-St.Peter's Zabbar kien kompost min dawn il-Plejers Conrad Borg, Vincent Galea u Joseph Camilleri. Fil-waqt dak ta' Hal-Ghaxaq kien kompost min Noel Axiaq, Emmanuel Brignone u Antoine Dimech.


Il-Klabb tas-St.Peter's Zabbar rebhu din il-Kompetizzjoni Tlett Darbiet fis-Snin 1995 bl-isem COUSINS u fis-Sena 2004 bl-isem TAL-PUNT u din is-Sena bl-isem TA' NAQRA 2019.


Il-Klabb ta' Hal-Ghaxaq rebhu din il-Kompetizzjoni fis-Sena 2016 bl-isem OASIS


Kull min kien prezenti ghal din il-finali zgur li kien sodisfatt bil-loghba.

 

Il-lobgha kienet bilancjata hafna fejn il-punti bdew imorru kemm naha u kemm ohra biex sal-brejk ir-rizultat kien jaqra St.Peter's Zabbar 13 ma Ghaxaq 6. Hekk kif wara il-brejk kompla l-loghob u Ghaxaq gabu ir-rizultat 15 ma 13, Imma it-Tim tas-St.Peter's Zabbar qatt ma harsu lurabiex komplew sa l-ahhar fuq quddiem u hargu rebbieha bil-puntegg ta' ta' Zabbar 21 kntra 15.

 

Ir-referees tal-lobgha kienu is-Sur Alfred Pulis Assistit mis-Sur Harold Galea. 


Wara l-partita tqassmu t-tazzi lill-plajers mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci is-Sur Vanni Fabri fost il-ferh tas-supporters Zabbarin.

F'ahhar haga nixtiequ nirringrazzjaw lil klabb ta' San Gwann li b'qalb kbira u kumitat habrieki organizzaw Finali mill-Aqwa.
CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION