Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
CIRKULARI LIS-SEGRETARJI KOLLHA

Lis-Segretarji Kollha,

MENSWALITA

Irrid infakkarkom li minnufih ghandkom tigu thallsu l-Affiliation Fee ghal din is-sena. Kif tafu din tista tithallas biss jekk intom diga ffurmajtu l-kumitat ghas-sena, 2019.

Il-menswalita hija ta’ 80.00 Euro u il-Kaxxier ikun il-Headquarters kuljum bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija. Min jonqos li jaghmel dan sat-Tnejn 28 ta’ Jannar, 2019 jigi meqjus li mhux interessat li ser jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Federazzjoni ghall din is-sena.

Nixtieq ninfurmakom li din is-sena sejra tigi organizzata ic-Charity Cup 25.00 Euro, li dawn ghandhom jigu imhallsa ma’ Affilation Fee.    

 RAPPORT AMMINISTRATTIV

Ghandek tigi il-Headquarters tal-Federazzjoni biex tigbor ir-Rapport Amministrattiv ta’ din is-sena li gie approvat mill-Kunsill tal-Federazzjoni nhar it-Tnejn 17 ta’ Dicembru, 2018. Dan tista tigi tigbru minn nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar 2019, il-quddiem fil-hinijiet tal-ftuh tal-Federazzjoni. Kull nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Hamis bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija.  

KOMPETIZZJONIJIET TAN-KNOCK OUT

Bhal ma ghamilna fi snin ohra l-attivitajiet tal-Federazzjoni Klabbs tal Bocci ghal din is-sena sejrin jibdew bil-kompetizzjonijiet tan-Knock Outs. Dawn huma l-kompetizzjoni ta’ Tnejn kontra Tnejn, Tlieta kontra Tlieta ( Trofew ta’ l-Anglu ) u dik Individwali ta’ wiehed kontra wiehed.

Ghalhekk il-Kunsill qed jappella biex izzommu id-dati imsemmija halli ma jkollmix konfuzjoni fl-ahhar.

KNOCK OUT TA’ TNEJN BI TNEJN

Din il-Kompetizzzjoni ser tiftah l-istagun 2019. Kull klabb jista jdahhal timijiet kemm irid huwa imma kull team irid ikun iffurmat minn tlett players, tnejn li jilghabu u wiehed reserve. Il-loghob kollu jsir fuq bazi ta’ home u away. It-teamijiet ghandhom jinghataw ismijiet adattati li jistghu jigu mxandra. Ma kull team trid tithallas registration fee ta’ Ghoxrin Euro ( € 20.00 ).

KOMPETIZZJONI TA’ TLIETA KONTRA TLIETA

Din hija l-aktar kompetizzjoni prestiggjuza tal-Federazzjoni. Ghaliha l-klabbs jistghu idahhlu timijiet kemm iridu basta dawn ikunu komposti sa Sitt players, tlieta li jilghabu u tnejn ohra bhala riserva. Kull team irid ihallas registration fee ta’ Tlettin Euro ( € 30.00 ).

 KOMPETIZZJONI INDIVIDWALI

Din hija kompetizzjoni li minnha johrog ic-Champion ta’ Malta tal-Bocci. Il-klabbs jistghu idahhlu kemm iridu players ghall din il-kompetizzjoni. Il-hlas tar-registration ghal din il-kompetizzjoni huwa ta’ Ghoxrin Euro ( € 20.00 ) ghall kull player. Il-loghob isir fuq bazi ta’ Home u Away.

l-applikazzjonijiet ghal, dawn il-kompetizzjonijiet jistghu jittiehdu mill-Headquarters tal-Federazzjoni min nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar, 2019 u d-data tal-gheluq taghhom sejra tkun il-Hamis 7 ta’ Frar, 2019 sas-6.00 p.m.

Inheggukom taghmlu minn kollox u ma thallux ir-registrazzjonijiet ghall ahhar u dan sabiex ma naqghux lura fil-loghob bil-konsegwenzi li jkollna nibqghu ghaddejjin sal-ahhar granet tas-sena.

Nappellawlkom ukoll biex kemm jista jkun taghtu cans lill players  kollha li ghandkom irregistrati maghkom sabiex jiehdu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet.

TIBDIL TAL-I.D.CARD TA’ F.K.B.

Sal-lum diversi klabbs diga bdew igibu r-registrazzjonijiet tal-players. Jiddispjacina ninnotaw li ghad hemm min ghadu ma ghamilx dan u ghalhekk ghandu jiehu hsieb li jgib dawn l-I.D.Cards mill-aktar fis posibbli biex wara ma jkunx hemm paroli u tgergir.

Minhabba f’hekk ir-registrazzjonijiet iridu jibdew jigu mgedda mill-lum.  Hadd ma ghandu jistenna r-registrazzjoni dak inhar stess. L-I.D.Cards jigu ipprocesati skond l-ordni li jidhlu ghand is-Segretarju, ma kull registrazzjoni jithallas il-hlas ta’ zewg euros ( € 2.00 ). Jekk l-I.D.Card terga tinbidel qabel tletin gurnata irrid issir hlas Extra ta’ Hamsin euro ( € 50.00 ) kull darba.     

LAQGHA GENERALI ANNWALI

Din is-sena il-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni sejra ssir nhar il-Hadd 24 ta’ Frar, 2019 il-post fejn ser issir il-Laqgha Generali jithabar aktar il-quddiem. Bhala Hin fid-9.00 ta’ filghodu.

Minn jonqos li jattendi jehel Penali ta’ Hamsa u Ghoxrin Euro

Ghal din il-Laqgha Generali huma elegibbli zewg membri tal-kumitat BISS. Hadd m’hu sejjer jidhol ghal din il-Laqgha minghajr permess.

Il-Laqgha sejra titmexxa fuq din l-Agenda :-

1.   Qari tal-Minuti ta’ l-Ahhar Laqgha Generali Annwali, 2018

2.   Qari tal-Minuti tal-Laqgha Generali Straordinarja.

3.   Diskors tal-President.

4.   Rapport Amministrattiv.

5.   Rapport Finanzjarju.

6.   Hatra ta’ Awdituri.

7.   Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-Loghba.

8.   Affarijiet Ohra.

Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-Loghba ghandhom isiru sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 28 ta’ Jannar, 2019.

 



CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION