Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
BIRGU JIRBHU IR-RABA EDIZZJONI TAC-CHOSSI SUPER CUP ( 2012 )

Il-klabb tal-Birgu rebhu ir-Raba Edizzjoni “CHOSSI SUPPER CUP” ( 2012 ). Din il-kompetizzjoni tintlaghab bejn ir-rebbieha tal-kompetizzjoni tat-Trofew ta’ l-Anglu u ir-rebbieha tal-Kampjonat Premjer ta’ l-Ewwel Divizjoni.

 

Jekk ir-rebbieh tal-kompetizzjoni ta’ l-Anglu ikun l-istess tim li jkun rebah il-Kampjonat, il-finalisti tal-kompetizzjoni ta’ l-Anglu jilghabu huma fil-Finali. Ir-Raba edizzjoni tac-Chossi Super Cup kellna it-timijiet ta’ Paola Schrieber ( rebbieha tal-Kampjonat Premjer) u Birgu

( rebbieha tat-Trofew ta’ l-Anglu ). 

 

Quddiem pubbliku numeruz saret l-ahhar finali li tigi organizzata mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, din il-Finali saret fil-pic ta’ Zurrieq. It-tim tal-Birgu fl’ewwel gugata ghamlu 5 punti. Fit-tieni, ghamlu tlett punti ohra biex ir-rizultat gie jaqra ( 8-0 ) favur it-tim tal-Birgu.

 

Immedjata kienet ir-rejazzjoni mit-tim Pawlista meta fit-tlett gugarta ta’ wara ghamlu Ghaxar punti ( 8-10 ) favur it-tim ta’ Paola Schrieber.

 

Wasal l-brejk u il-lobgha hadet xejra ohra, fejn ghat-tim tal-Birgu ghamlu rejazzjoni qawwija, it-tim tal-Birgu kellhom lobgha kbira bil-lqit preciz u tfendija perfetta mill-plejers taghhom stabbiliti fil-loghba tal-bocci Emmanuel Spiteri, Joseph Tabone u Mario Galea  kienu strumentali, fejn fit-tlett gugati ghamlu tnax il-punt biex ir-rizultat gie ( 20-12 ).

 

Fil-ahhar gugata it-tim tal-Birgu ghamel il-punt li kellhom bzon sabiex rebbhu il-partita 

( 21-12 ).

 

Il-lobgha kienet ikkontrollata mir-Refere is-Sur Emmanuel Camilleri, mghejjun mis-Sur Raymond Azzopardi.

 

B’din il-Finali gejna fi tmiem l-istagun tal-Bocci ghas-sena 2012. Il-presentazzjoni tac-“Chossi Super Cup” saret mis-Sur Joseph Scicluna ( ic-Chossi ), kif ukoll mill-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci s-Sur Vanni Fabri.

 

Is-Sur Joseph Scicluna huwa il-bniedem li hareg bil-proposta tas-Super Cup. Is-Sur Scicluna huwa l-isponsor ewlieni tat-Tazza l-kbira, iz-zewg tazzi lir-rebbieha u l-finalisti, u plakek kommemorattivi lill-plejers taz-zewg timijiet.

 

Is-Sur Scicluna offra li huwa ser jibqa jisponsorja din it-trofew  ic-Chossi Super Cup kull sena. F’isem il- President tal-Federazzjoni s-Sur Vanni Fabi u Kunsill u f’isem id-dilettanti kollha tal-bocci nirringrazzjaw minn qalbna lis-Sur Joseph Scicluna.

 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION