Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
PRESENTATION DINNER Dolmen Hotel, Qawra 6 ta' Dicembru, 2019

PRESENTATION DINNER

Dolmen Hotel, Qawra 6 ta’Dicembru, 2019


Sur Segretarju,


Hekk kif ghadda stagun iehor tal-bocci l-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci,qed tahseb biex terga torganizza il-Presentation Dinner ghas-sena 2019. Fuq talba tal-klabbs peress is-sena l-ohra hargu ferm sodisfatti ghal l-organizzazjoni u l-kwalita tal-ikel,il-Federazzjoni ghall darba ohra ser taghmel din il-Presentation Dinner gewwa id-Dolmen Resort Hotel il-Qawra.


Dan il-Presentation Buffet Dinner ghandu jsir nhar il-Gimgha 6 taDicembru 2019, il-hin ikun bejn is-7.00pm u s-7.30pm. Il-biljetti jistghu jinkisbu minghand it-Tezorier tal-Federazzjoni ghall-prezz  ta’ hamsa u ghoxrin euro  25.00. il-kbar , tnax il-euro €12 it-tfal min sitta (6) sa tnax il-sena (12),u tfal taht il-hames snin ma’jhalsu xejn.


Minhabba li n-numru tal-biljetti sejjer ikun wiehed limitat, wiehed ghandu jahseb kmieni ghall-biljetti. Importanti li nfakkru lill-klabbs li rebhu l-unuri huma obligati u jigbru t-tazzi,  u ghaldaqstant ghandhom igibu mill l-inqas SITT ( 6 ) PERSUNI ghall din il-prezentazzjoni. Infakkrukom li kullhadd ghandu jgib mieghu il-biljett li jkun xtara minghand il-Tezorier. Minghajr dan il-biljett hadd ma jithalla jidhol ghall-ebda raguni. Nigbdulkom l-attenzjoni taghkom li kull klabb ghandu jinzamm responsabbli ghan-nies li jgib mieghu u jrid jaghmel tajjeb ghall kull hsara jew danni li wiehed jista jikkaguna.


Il-biljetti jibdew jinbieghu minghand it-Tezorier gewwa l-Headquarters  minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Novembru, 2019. Il-biljetti jibqghu jinbieghu ( jekk ikun fadal ) sa nhar it-Tlieta 3 ta’Dicembru 2019. Irid naghmila cara li mhux ser jinghataw flus lura tal-biljetti jekk wiehed ma jattendiex ghal Presentation Dinner, ghax il-Federazzjoni thallas ghat-total ta’ biljetti li tkun ikkonfermat. Ma din ic-cirkular ser issibu il-menu u l-lista bil-prezzijiet tax-xorb ghas-soddisfazzjon taghkom Nittamaw li niltaqghu f’din l-okkazzjoni biex niccelebraw fis-spirtu sportiv bhala familja wahda l-gheluq ta’ stagun iehor tal-bocci 2019.


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION