Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
BIRGU BL-ISEM WE FIVE JIRBHU N-KNOCK OUT TA’ 3x3 ( T-TROFEW TA’ L-ANGLU ) GHAS-SENA 2011

 Ghalkemm din is-sena it-tim tal-Birgu ma rebahx daqstant unuri bhas-sena ta’ qabel, xorta wahda ghalaq l-istagun fuq nota posittiva bir-rebh ghar-raba darba, fl-istorja tal-klabb, tal-kompetizzjoni ta’ Tlieta kontra Tlieta, maghrufa aktar mad-dilettanti tal-bocci bhala “it-Trofew ta’ l-Anglu”. Huma kienu rebhu dan l-unur fis-sena 1997 bl-isem ( We Five ), fis-sena 2006 bl-isem ( B.A.C ) u fis-sena 2007 bl-isem ( S.V.S ) u din is-sena bl-isem ( We Five ). 

Din il-finali saret fil-pitch sabih kbir u armat tajjeb ghall-okkazzjoni gewwa Birzebbugia quddiem pubbliku numeruz ghall-ahhar.

It-timijiet finalisti kienu We Five ( Birgu ) kompost minn Joseph Tabone ( Capt ), Brian Borg, Vincent Galea, Mario Galea u Andrew Debono. It-tim San Bastjan ( Qormi San Bastjan ) kien kompost minn Noel Axiaq ( Capt ), John Borg, Emanuel Brignone, Noel Gatt u Renald Borg.

Bhala loghba nistghu nghidu li kienet wahda tajba it-tim tal-Birgu kien dejjem min fuq sa tmiem il-loghba. It-tim tal-Birgu fethu tajjeb ghax fl-ewwel gugata ghamlu hames punti f’daqa. Fit-tieni u tielet gugata it-tim ta’ Hal-Qormi ghamlu erba punti, biex l-iskor kien hamsa ma erba ( 5-4) favur it-tim tal-Birgu. Fir-raba gugata it-tim tal-Birgu ghamlu erba punti ohra biex l-iskor kien disa ma erba ( 9-4) favur it-tim tal-Birgu. It-tim ta’ Hal-Qormi ghamlu rejazzjoni biex inaqsu l-iskor fejn fil-hames gugata u fis-sitt gugata huma ghamlu hames punti biex l-iskor gie disa ma disa ( 9-9 ).

Immedjata kienet ir-reazzjoni mit-tim tal-Birgu fejn fit-tlett gugati ta’ wara fis-seba, it-tminja u disa gugati it-tim tal-Birgu ghamlu ghaxar punti biex l-iskor gie zadax ma disa ( 19-9 ) min fuq it-tim tal-Birgu. Ma tistax ma semiex fejn il-plejers tat-tim tal-Birgu Joseph Tabone, Brian Borg u fendadur Vincent Galea kienu f’vena mill-aqwa bil-lqit preciz u tfendija mill-aqwa.

It-tim ta’ San Bastjan ghamel sostutizzjoni fejn dahal jilghab il-plejer Noel Gatt minflokk John Borg biex f’ghaxar gugata il-Qriema irnexilhom inaqsu id-distak u jithlu fil-loghba, fejn ghamlu hames punti biex l-iskor gie zatax ma erbatax ( 19-14 ). Il-pubbliku li attenda ghall din il-finali ra spettaklu ta’ loghob, fejn iz-zewg timijiet ghamlu li setaw sabiex jirbhu dan l-unur. Verament li garatur Noel Axiaq u l-fendatur Emanuel Brignone tat-tim ta’ Hal-Qormi ghamlu loghba kbira, bir-rizultat jibqa incert sa’ l-ahhar. 

Waslet l-ahhar gugata fejn it-tim tal-Birgu hargu qieshom iljuni u irrispondew bil-kbir u ghamlu iz-zewg punti li kellhom bzonn, biex l-iskor gie wiehed u ghaxrin ma erbatax ( 21-14 ), fejn it-tim tal-Birgu hargu rebbieha.  

Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee is-sur Raymond Azzopardi mghejjun mill-assistant referee is-sur Emmanuel Camilleri.

Fi tmiem il-finali, saret il-presentazzjoni tat-Trofew ta’ l-Anglu lill-captian tat-tim We Five ( Birgu ) Joseph Tabone mill-President tal-Federazzjoni s-Sur Vanni Fabri, fost il-briju u il-ferh tal-partitarji Girbien.   


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION