Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
ZURRIEQ JIRBHU IC-CHARITY CUP GHALL-EWWEL DARBA FL-ISTORJA TAGHHOM GHAS-SENA 2019

ZURRIEQ JIRBHU IC-CHARITY CUP GHALL-EWWEL DARBA GHAS-SENA 2019


L-Ewwel Finali li giet organizzata mill-Federazzjoni kienet dik il-Finali tac-Charity Cup ghall-Klabbs kollha tat-Tlett Divizjonijiet.


Quddiem Pubbliku numerus fi granaet xitwin fil-Pic ta' Paola, nhar l-Erbgha 13 ta' Novembru, 2019 attendejna ghall-Ewwel Finali, fejn il-Klabb Zurrieqi naqqax ismu fil-kotba tal-Federazzjoni ghall-Ewwel darba f'din il-Kompetizzjoni fejn id-dhul taghha jinaghtaw lil Istituti tal-Karita.  


Ma nistawx ma nsemmux lil Klabb Zurrieqi fejn din is-Sena kellu stagun mill-aqwa fil-Kompetizzjonijiet tan-Knock Outs, fejn anke qieghed Finalista fil-kompetizzjoni tant prestigjuza dik marufa bhala it-Tazza ta' l-Anglu 3x3 ma l-istess klabb dak ta' Hal-Ghaxaq. Il-Klabb ta' Hal-Ghaxaq ukoll din is-Sena kien il-Finalista fic-Championship Pool, wara li fil-Finali hargu teliefa kontra it-tim tal-Msida.


It-Tim ta' Hal-Ghaxaq kien kompost min dawn il-plejers Noel Axiaq, Emmanuel Spiteri, Emmanuel Brignone, Mario Borg, Mario Enriques u Vincent Agius.


It-Tim taz-Zurrieq kien kompost min dawn il-plejers Brian Bugeja, Paul Zammit, Paul Pace, Alfred Grixti, Raymond Grixti u Charles Buttigieg.


Din il-Kopetizzjoni tintlab fuq bazi ta' Knock Out fuq Tlett loghbiet, fejn fl-Ewwel loghba jilghbu Plejer kontra Plejer, fit-Tieni loghba jilghbu Zewg Plejers kontra Tnejn u fl-ahhar partita Tlieta kontra Tlieta u min jamel l-aktar punti jirbah il-Partita. 


Fl-ewwel loghba ta’ l-Individwali Noel Axiaq ( Ghaxaq ) laghab kontra Brian Bugeja ( Zurrieq ). Din il-loghba kienet ferm interesanti, fejn il-Plejer Brian Bugeja hareg rebbieh bil-puntegg 11 ma 6.


Fit-Tieni loghba dik ta’ Tnejn kontra Tnejn it-tim ta’ Hal-Ghaxaq kien kompost min Emmanuel Spiteri u Emmanuel Brignone u ghat-tim taz-Zurrieq kompost min Paul Zammit u Paul Pace. 


Fejn it-Tim Ghaxqi hareg rebbieh 11 ma 1, fejn il-loghba giet aktar interesanti bil-puntegg taz-zewg loghbiet jaqra Ghaxaq 17 u Zurrieq 12, biex il-loghba giet aktar interesanti u akanita.


Fit-Tielet partita dik ta' Tlieta kontra Tlieta, dahlet aktar tensjoni fejn it-tim Zurrieqi kienu min fuq 8 kontra 3, biex il-puntegg gie jaqra Zurrieq 20 kontra Ghaxaq 20, fejn haliet lil pubbliku fuq ix-xwiek sa' l-ahhar, biex Finalment it-tim Zurrieqi rebah l-ahhar partita 11 ma 4, bil-puntegg gie jaqra Zurrieq 23 u Hal-Ghaxaq 21. 


Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee tal-Federazzjoni is-Sur Harold Galea, Assistit mis-Sur C.J Saliba.


Wara il-Finali s-Sur Vanni Fabri, President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci, ipprezenta it-tazzi ferm sbieh lir-rebbieha kif wkol lil finalisti, fost il-ferh tal-partitarji ZRIERAQ. 


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION