Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
MENSWALITA

Irrid infakkarkom li minnufih ghandkom tigu thallsu l-Affiliation Fee ghal din is-sena. Kif tafu din tista tithallas biss jekk intom diga ffurmajtu l-kumitat ghas-sena, 2014.

Il-Menswalita hija ta’ € 80.00 Euro u il-Kaxxier ikun il-Headquarters it-Tnejn, it-Tlieta u l-Hamis bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija. Min jonqos li jaghmel dan sat-Tnejn 27 ta’ Jannar, 2014 jigi meqjus li mhux interessat li ser jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Federazzjoni ghall din is-sena.

 

RAPPORT AMMINISTRATTIV

Ghandek tigi il-Headquarters tal-Federazzjoni biex tigbor ir-Rapport Amministrattiv ta’ din is-sena li gie approvat mill-Kunsill tal-Federazzjoni nhar it-Tnejn 17 ta’ Jannar, 2014. Dan tista tigi tigbru minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Jannar, 2014 il-quddiem fil-hinijiet tal-ftuh tal-Federazzjoni. Kull nhar ta’ Tnejn, it-Tlieta u l-Hamis bejn il-5.00 u 6.00 ta’ filghaxija.

KOMPETIZZJONIJIET TAN-KNOCK OUT

Bhal m’aghmilna fi snin ohra l-attivitajiet tal-Federazzjoni Klabbs tal Bocci ghal din is-sena sejrin jibdew bil-kompetizzjonijiet tan-Knock Outs. Dawn huma l-kompetizzjoni ta’ Tnejn kontra Tnejn, Tlieta kontra Tlieta ( Trofew ta’ l-Anglu ) u dik Individwali ta’ wiehed kontra wiehed.

Ghalhekk il-Kunsill qed jappella biex izzommu d-dati imsemmija halli ma jkollnix konfuzzjoni fl-ahhar.

KNOCK OUT TA’ TNEJN BI TNEJN

Din il-Kompetizzzjoni ser tiftah l-istagun 2014. Kull klabb jista jdahhal timijiet kemm irid hu imma kull tim irid ikun iffurmat minn tliet plejers, tnejn li jilghabu u wiehed riserva. Il-loghob kollu jsir fuq bazi ta’ home u away. It-timijiet ghandhom jinaghtaw ismijiet adattati li jistghu jigu mmxandra. Ma kull tim trid tithallas registration fee ta’ GhoxrinEuro (  € 20.00 ).

KOMPETIZZJONI TA’ TLIETA KONTRA TLIETA

Din hija l-aktar kompetizzjoni prestiggjuza tal-Federazzjoni. Ghaliha l-klabbs jistghu idahhlu timijiet kemm iridu basta dawn ikunu komposti minn sitt players, tlieta li jilghabu u tlieta ohra bhala riserva. Kull tim irid ihallas registrazzjoni ta’ Tlettin Euro (  € 30.00 ).

 KOMPETIZZJONI INDIVIDWALI

Din hija kompetizzjoni li minnha johrog ic-Champion ta’ Malta tal-Bocci. Il-klabbs jistghu idahhlu kemm iridu plejers ghall din il-kompetizzjoni. Il-hlas tar-registrazzjoni ghal din il-kompetizzjoni huwa ta’ GhoxrinEuro (  € 20.00 ) ghall kull plejer. Il-loghob isir fuq bazi ta’ Home u Away.

l-applikazzjonijiet ghal, dawn il-kompetizzjonijiet jistghu jittiehdu mill-Headquarters tal-Federazzjoni min nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar, 2014 u d-data tal-gheluq taghhom sejrin tkunu sal-Hamis 13 ta’ Frar, 2014 sas-6.00 p.m.

Inheggukom taghmlu minn kollox u ma thallux ir-registrazzjonijiet ghall ahhar u dan sabiex ma na qghux lura fil-loghob bil-konsegwenzi li jkollna nibqghu ghaddejjin sal-ahhar granet tas-sena.

Nappellawlkom ukoll biex kemm jista jkun taghtu cans lill plejers  kollha li ghandkom irregistrati maghkom sabiex jiehdu sehem f’dawn il-kompetizzjonijiet.

Fil-kompetizzjoni ta’ 1x1, 2x2, 3x3, jekk fl-ewwel lobgha plejer jew klabb jaghti “Walk Over” it-tieni lobgha ma jsirx u dan jehel multa ta’ €35.00.  Ma jsir ebda caqliq ta “FIXTURES”  ta’ dawn il-kompetizzjonijiet bl-eccesjoni f’dik ta’ 1x1 fejn jidhol kaz ta mewt fil-familja Biss.

 HLAS TAL-MULTI

Kull multa li tigi mmposta lill-klabbs trid tithallas fiz-zmien hmistax mid-data tal-avvis, jekk dan il-hlas jibqa ma jsirx fit-tmienja u erbghin siegha, il multa mmposta fuq il-klabb tirdoppja u trid tithallas fiz-zmien jumejn. Jekk dan il-hlas jibqa ma sirx il-klabb involut ma jkunx jista jikkompeti fl’ebda kompetizzjoni tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

UNIFORMITA FL’ILBIES

Hija xi haga tal-misthija u nuqqas ta’ serjita lejn il-lobgha tal-bocci meta tim immur ghall loghob bil-plejers libsin gerijiet differenti.  Hekk kif jibda l-istagun tal-bocci 2013 il-Federazzjoni ser tkun iebsa ma dawk il-plejers li ma jkunux  libsin uniformita wahda u ghalhekk sejra izzomm il-klabb ta dak il-plejer risponsabbli ghall passi dixxiplinari skond kif hemm stipulat fl’istatut.

TIBDIL TAL-I.D.CARD TA’ F.K.B.

Sal-lum diversi klabbs diga bdew igibu r-registrazzjonijiet tal-plejers li ghalqulhom it-tliet snin mal-klabb. Jiddispjacina ninnotaw li ghad hemm min ghadu ma ghamilx dan u ghalhekk ghandu jiehu hsieb li jgib dawn l-I.D.Cards mill-aktar fis posibbli biex wara ma jkunx hemm paroli u tgergir.

Minhabba f’hekk ir-registrazzjonijiet iridu jibdew jigu mgedda mill-lum.  Hadd ma ghandu jistenna r-registrazzjoni dak inhar stess. L-I.D.Cards jigu ipprocesati skond l-ordni li jidhlu ghand is-Segretarju, ma kull registrazzjoni jithallas il-hlas ta’ zewg euros ( €2 ). Jekk l-I.D card terga tinbidel qabel tletin gurnata irrid issir hlas extra ta’ hamsin euro ( € 50 ) kull darba.

LAQGHA GENERALI ANNWALI

Din is-sena il-Laqgha Generali Annwali tal-Federazzjoni sejra ssir nhar il-Hadd 23 ta’ Frar, 2014 fis-Sala tal-Headquarters 140, Triq is-Sorrijiet Tarxien. Hin fid-9.00 ta’ filghodu.

Ghal din il-Laqgha Generali huma elegibbli zewg membri tal-kumitat BISS. Hadd m’hu sejjer jidhol ghal din il-Laqgha minghajr permess.

Il-Laqgha sejra titmexxa fuq din l-Agenda :-

         1.    Qari tal-Minuti ta’ l-Ahhar Laqgha Generali, 2013

2.    Diskors tal-President.

3.    Rapport Amministrattiv.

4.    Rapport Finanzjarju.

5.    Hatra ta’ Awdituri.

6.    Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-Lobgha.

7.    Membri ghall-Kunsill ta’ F.K.B.

8. Affarijiet Ohra.

Mozzjonijiet u Emendi ghall-Istatut u Regolamenti tal-lobgha ghandhom isiru sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar, 2014.

Nigbed l-attenzjoni li min issa il quddiem ir-Rasenja ta’ kull laqgha li taghmel il-Federazzjoni Klabbs Bocci sejra jsir hekk kif tibda u tispicca l-laqgha u min ma jifirmax fil bidu tal-laqgha kif ukoll wara li tispicca il-laqgha jitqies li kien assenti ghall-laqgha u  jehel il-penali ta’ Hamsin Euro ( € 50.00 ).


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION