Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
BIRGU CHAMPIONS TAL-BOCCI TA’ MALTA GHAS-SENA 2013

Ghall-hames darba fl-istorja taghhom il-klabb tal-Birgu saru ic-Champions tal-Premier Laegue tal-Bocci ghas-sena 2013. Huma temmew stagun ta’ successi bir-rebh tal-Kampjonat ta’ l-Ewwel Divizjoni.
 
Birgu rebhu dan l-unur tal-kampjonat tal- Premier Laegue organizat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ghall-hames darba fl-istorja taghhom 2002, 2003, 2006, 2010 u 2013. Il-klabb tal-Birgu rebhu ir-Reserve Laegue tal-premjer erba darbiet ukoll dawn kienu  fis-snin 1997, 1998, 2003 u 2006.
 
Zgur li huma successi memorabbli fl-istorja tal-klabb tal-Birgu. Nistghu nghidu li din is-sena il-kampjonat  kien wiehed kumbattut ghall-ahhar, ghalkemm il-klabb tal-Birgu baqa l-istagun kollu konsistenti u dejjem fuq quddiem.
 
Il-klabb tal-Birgu labghu  tnejn u ghoxrin lobgha, rebhu sittax, tilfu tnejn, gew draw erba’ u spiccaw il-klassifika 52 punt. Fejn fit-tieni post spiccaw Haz-Zebbug 41 punt u fit-tielet post spiccaw it-tim ta’ Paola Schrieber 35 punt.
 
L-ahhar lobgha tal-lig kienet kontra iz-Zebbugin, fejn it-tim tal-Birgu hargu rebbieha 13-5 u 13-7, fejn wara il-lobgha kien hemm festi kbar mill-partitarji.
 
Fl-ahhar lobgha tal-kampjonat tal-premjer lig, il-President tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci s-Sur Vanni Fabri ipprezenta it-trofew lill-plejers tal-Birgu ghar-rebh tal-kampjonat tal-ewwel divizzjoni ghas-sena 2013.
 
Prosit tassew lill-kumitat habrieki, plejers u mhux lanqas lis-sapporters kollha li zgur minghajrhom ebda klabb ma jista jkampa.
 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION