Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
MICHAEL BUSUTTIL CHAMPION TA’ MALTA GHAS-SENA 2011 GHAT-TIELET DARBA

Il-pitch tal-bocci tal-Hamrun kien ippakkjat bid-dilettanti ta’ din il-loghba fejn assistew ghal final tal-kompetizzjoni tal-individwali organizzata mill-Federazzjoni ghal dan l-istagun. 

Ghal din il-kompetizzjoni, fuq bazi ta’ knock out, jidhlu jikkompetu fiha l-ahjar element f’dan l-isport u dan minhabba l-fatt li min jirbah il-final ikun dikjarat ic-Champion ta’ Malta tal-Bocci.

Din is-sena l-final laqghet ma’ xulxin lill-player ta’ Paola Schrieber Michael Casha u dak tal-klabb ta’ San Pawl il-Bahar Thalassalejn lill plejer Michael Busuttil.

Din ma kinietx l-ewwel final ghal Busuttil infatti huwa kien rebah din Il-kompetizzjoni fis-sena 1998 meta kien ghadu player ma’ Bormla, u fis-sena 2003 meta kien plejer mal-klabb ta’ Paola Tarxien. Michael Busuttil ghalih din kienet ir-raba finali tieghu meta is-sena l-ohra kien tielef il-finali kontra il-plejer mill-klabb ta’ Qormi San Bastjan Noel Axiaq.
 
Ghall-klabb ta’ Thalassalejn nizel ismu fil-kotba tal-Federrazzjoni meta wara wiehed u ghoxrin sena rebhu l-ewwel unur wara li din is-sena rebhu ukoll il-kampjonat tat-tieni divizjoni u kisbu il-promozzjoni ghall-ewwel divizjoni, proset tas-sew lil kumitat habbrieki taghhom.  

Kien Michael Casha ta’ Paola Schrieber li beda tajjeb u fi ftit hin wara is-sitt gugata tieghu kien qieghed minn fuq ghaxra punti kontra tlieta. Imma aktar ma beda ghaddej il-hin il-loghba bidet issir aktar bilancjata meta Michael Busuttil ta ‘Thalassalejn beda diehel fil-loghba.

Il-loghba kompliet sejra tajjeb bi tfendija u lqit précis fejn Michael Busuttil fis-seba u tmiem gugata ghamel hames punti biex dahal fil-loghba tminja ma ghaxra min fuq Casha. Il-loghba kienet wahda attraenti ghax iz-zewg players dehru li jippreferixxu l-loghba tat-tul. Id-disa gugata Michael Casha ghamel punt iehor biex ir-rizultat kien hdax ma tminja. Kien imis lil plejer veteran Michael Busuttil li ghamel rimonta qawwija hafna fejn bi tfendija u lqit précis beda gej il-quddiem.

Fit-tnax il-gugata il-punteg kiena erbatax ma erbatax. Fit-tlettax il-gugata Michael Busuttil mar min fuq meta ghamel hames punti f’daqa biex l-iskor gie Michael Busuttil zatax ma erbatax verament li dan il-plejer kompla izid fil-loghob tieghu fost l-ghajjat, ferh u briju tas-sapporters tal-klabb ta’ Thalassalejn. Kien imis lil plejer Michael Casha li fl-erbatx il-gugata ghamel tlett punti bir-rizultat kien zatax ma zbatax. Il-folla li kienet prezenti kollha baqghat fuq ix-xwiek ghax kull gugata bdiet riesqa lejn it- tmiem tal-loghba.
 
Kien imis lil-hmistax gugata sabiex Michael Busuttil ghamel zewg punti ohra bir-rizultat zatax ma zbatax. Fl-ahhar gugata Michael Busuttil jamel iz-zewg punti li kellu bzon biex rebah din il-finali wiehed u ghoxrin ma zbatax, u nizel ismu fil-kotba tal-federazzjoni ghat-tielet darba. 
 
Il-loghba kienet ikkontrollata mir-referee is-Sur George Baldacchino u mghejjun mill-assistent refere is-Sur Emmanuel Camilleri. 
 
Fi tmiem il-lobgha, Michael Busuttil gie ipprezentat bit-Trofew mill-isbah mill-President tal-Federazzjoni s-Sur Vanni Fabri, fost l-ghajjat, ferh u briju tas-sapporters li kienu prezenti mill-klabb ta’ San Pawl il-Bahar.
 


CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION