Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
KJARIFIKAZZJONI

Bħal ma tafu bdejna l-lig nazzjonali bil-format il-ġdid u għalhekk hemm bżonn li niċċaraw certi punti biex ma jkunx hemm argumenti waqt il-loghba. Il-formula l-ġdida tal-lig nazzjonali hija ta’ zewġ logħbiet ta’ tlettax il-punt kull logħba. It-tieni logħba mhix kontinwazzjoni tal-ewwel logħba izda hija logħba ġdida u għalhekk:

 

L-ewwel logħba kif ukoll it-tieni logħba l-likk irid jittieħed bil-munita.

 

Żewġ “Time Outs” ta’ żewġ minuti min kull tim sew fl-ewwel logħba kif ukoll fit-tieni logħba.

 

Bejn logħba u oħra irid ikun hemm brejk ta’ ħames minuti. Fil-brejk il-plejers kollha jistaw jagħmlu ftit warming-up.

 

F’każ ta’ xita jew problemi oħra il-boċċi ta’ dik il-ġugata jridu jintlagħbu kollha miż-zewġ timijiet. Jekk ikun impossibli li titkompla dik il-ġugata, ir-referee flimkien maż-żewġ kaptins jagħmel pjanta ta’ kif kienu l-boċċi u jifirmawa ż-żewġ kaptins u r-referee biex darboħra l-logħba titkompla kif kienu l-boċċi fuq dik il-pjanta u fuq dawk il-punti li kienu saru.

 

Jistaw isiru tlett sostutzjonijiet matul iż-żewġ logħbiet u dan sta għall-klabb kif jagħmel dawn is-sostutzjonijiet.(e.z. jistaw isiru it-tlieta fl-ewwel logħba,jekk ma jsirux fl-ewwel logħba jistaw isiru fit-tieni logħba, tista jsir sostutuzjoni waħda fl-ewwel logħba u tnejn fit-tieni logħba jew vice versa.) Min jiġi sostitwit fl-ewwel logħba ma jistax jerġa jidħol jilgħab fit-tieni logħba.

 

Ghall kull informazzjoni wiehed jista jidhol fil-WEBSITE tal-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci WWW.FKBOCCI.COM

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION