Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
AHBARIJIET
PAOLA SCHRIEBER CHAMPIONS TAL-BOCCI TA’ MALTA GHAS-SENA 2012

Ghat-tielet darba fl-istorja taghhom il-klabb ta’ Paola Schrieber saru ic-Champions tal-Premier League tal-Bocci ghas-sena 2012. Huma temmew stagun ta’ successi bir-rebh tal-Kampjonat ta’ l-Ewwel Divizjoni u dak tar-Reserve League.

 

Paola Schrieber rebhu dan l-unur tal-kampjonat tal-Premier League organizat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci fis-sena 1993, 1999 u din is-sena wara Tnax il-sena.

 

Il-klabb ta’ Paola Schrieber rebhu ir-Reserve League tal-Premier ghar-Raba darba fis-sena 1987, 1994, 1999 u din is-sena.

 

Zgur li huma success memorabbli fl-istorja tal-klabb. Il-kampjonat nistghu nghidu li kien wiehed kumbattut ghall-ahhar.

 

Paola Schrieber bdew b’erba rebhiet konsekuttivi, pero’ tilfu zewg loghbiet, kontra Msida u Bugibba, biex spiccaw l-ewwel round b’disa punti daqs Bugibba. Fl-ewwel round Paola Schrieber rebhu lil dawn it-timijiet lill Birgu, Zebbug, Hamrun, Isla, Qormi San Bastjan, Mosta, Thalassalejn, Bormla u lit-tim ta’ Birzebbugia. 

 

Fit-tieni round, Paola Schrieber rebhu tmien loghbiet u tilfu tlett loghbiet kontra Hamrun, Isla u Bugibba biex b’hekk spiccaw il-Klassifika Generali bit-tmintax il-punt u saru Champions tal-Bocci ta’ Malta.

 

L-ahhar loghba tal-League kienet kontra Birzebbugia u hargu rebbieha 21-8, fejn wara il-loghba kien hemm festi kbar mill-partitarji ta’ Paola Schrieber.

 

Prosit tassew lill-kumitat habrieki, plejers u mhux lanqas lis-supporters kollha li zgur minghajrhom ebda klabb ma jista jkampa.

 

CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION