Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
  • Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi - Malta
STATUT  

Isem u ghanijiet

 

1.01  L-Isem tal-ghaqda ghandu jkun Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

 

1.02  L-iskop principali tal-Federazzioni ghandu jkun il-­loghob tal-Bocci bhala sport u li jkun il-korp li jmexxi, jaghmel, ihares u jara li jigu mharsa r-regolamenti tal-loghba tal-Bocci kif milghuba tradizzjonalment f’Malta kif ukoll internazzjonalment.

 

1.03  Il-Federazzjoni torganizza kompetizzjonijiet fuq skala Nazzjonali u tirregola kompetizzjonijiet organizzati minn klabbs affiljati maghha.

 

1.04  Il-Federazzjoni tkun l-oghla stituzzjoni fuq kull klabb Malti tal-Bocci.

 

1.05  Il-Federazzjoni tista' tissieheb jew tkun membru ta’ ghaqdiet internazzjonali li jilaghbu l-loghba bir-regolamenti internazzjonali gewwa boccodromo.  Tista' wkoll tissieheb bhala membru fil-Kumitat Olimpiku Malti.

 

1.06  Din l-Federazzjoni ghandha tkun komposta minn Klabbs li l-ghan taghhom huwa dak li jilghabu l-loghba Tradizzjonali Maltija skond ir-regolamenti ta’ din il-Federazzjoni, kif dawn jistghu jigu emendati minn zmien ghall-zmien.  Jistghu ukoll jissiehbu maghha klabbs Maltin li jilaghbu l-loghba internazzjonali.

 

1.07  Il-kunsill tal-Federazzjoni jista' jissellef jew jinvesti l-flus tal-Federazzjoni f' kull xorta ta' investimenti skond u jekk ihoss il-htiega fl-interess tal-Federazzjoni.  Dan irid jigi approvat mill-kunsill b'votazzjoni ta' zewg terzi.

 

Shubija ta’ Klabbs

 

1.08  Kull Klabb jew Ghaqda tal-Bocci li lesta li timxi fuq ir-Regolamenti tal-Federazzjoni u lesta li tobdi d-direttivi taghha, tista' tapplika biex tissieheb fil-Federazzioni.

 

1.09  Biex taffilja mal-Federazzjoni, Klabb jew ghaqda jrid ikollha mhux anqas minn tletin ( 30 ) membru, regolari fil-­hlas tal-Menswalita, ikollha Kumitat ta' tmexxija, Statut jew Regolamenti ghat-tmexxija tal-Lokal, u Pitch addattat u attrezzat ghal-loghba tal-Bocci.

Multa ta` 12 Ewros. Jinghata xahar zmien, wara dan, tkeccija.

 

1.10  Ma l-applikazzjoni ghas-shubija, kull klabb irid jibghat lill-Federazzjoni lista tal-membri tieghu, bl-indirizz u n-numru tal-Karta ta’ l-identita, kopja ta l-istatut u lista tal-membri  tal-Kumitat.

 

1.11  Il-Kunsill tal-Federazzjoni jista' jordna li jitnehhew ismijiet mill-lista tal-Kumitati tal-Klabbs jew Ghaqdiet affiljati wara li jaghti raguni ghal dan.

Multa ta` 25 Ewros u sospenzjoni sa kemm jigi konformi ma dan l-artiklu.

 

1.12  Kull kumitat ta’ klabbs affiljatai mal-Federazzjoni irid jaghti kull informazzjoni li jigi mitlub mill­-Kunsill.

L-ewwel darba multa ta` 25 Ewros u hmistax il-jum zmien biex jghamel dak li kien mitlub minnu. Fin nuqqas ta` dan tnehhija mill-F.K.B.

 

1.13  Ghall-Laqghat Generali Annwali tal-Klabbs mhux obbligatorja l-attendenza ta’ membru tal-Kunsill bhala osservatur. F’kaz li xi klabb ikun irid xorta il-presenza ta’ Ufficjal jew Membru tal-Federazzjoni ghall-laqgha tal-klabb tieghu, dan ghandu jghamel talba bil-miktub kmieni kemm jista jkun. Jibqa xorta id-dmir tal-kumitat tal-lokal li jinforma lis-Segretarju tal-Federazzjoni bil-gurnata u il-hin tal-Laqgha, biex jekk il-Kunsill jiddeciedi li jibghat xi osservatur, ikun jista jghamel dan liberallment.

Jekk is-segretarju tal-F.K.B. ma` jigi infurmat bid-data u l-hin tal-laqgha, multa ta` 25 u l-laqgha dikjarata nulla.

 

1.14  Il-Kunsill, ghal raguni valida, jista' jittermina s-shubija ta’ klabb minn mal-Federazzjoni.

 

1.15  Il-Klabbs huma obbligati li joqoghdu ghal kull ordni u jobdu kull direttiva li jista' jaghti l-Kunsill tal-Federazzjoni.

 

1.16  F'kaz li klabb, ghal xi raguni, ma jibqax affiljat mal-Federazzjoni, il-players registrati mieghu jinghataw free transfer release, u ghaldaqstant kull min minnhom jirregistra ma xi klabb iehor ikun jista' jkompli l-istagun mal-klabb il-gdid  tieghu. Pero f'kaz li jkun beda t-tieni round, il-player ma jkunx jista jilghab mal-klabb il-gdid tieghu.

 

1.17  Individwi registrati bhala players ma klabb tal-bocci, u li r-registrazzjoni taghhom tkun dahlet ghand is-segretarju tal-Federazzjoni, ma jistghux jirregistraw bhala player ma xi klabb iehor tal-bocci  jekk ma jkunx rilaxxat mill-klabb li mieghu ikun iffirma qabel.

Sena sospenzjoni.

 

1.18  Kull klabb affilljat irid ihallas lill-Federazzjoni il-hlas tas-shubija ta' € 80.00 fis-sena. Dan il-hlas irid isir matul Jannar ta’ kull sena. Min ma jhallasx f’dan iz-zmien, u jibqa ma jikkonformax ruhu sal-Laqgha Generali Annwali wara kull sforz mill-Kunsill, dan jitnehha mill-Federazzjoni tal-Bocci.

 

1.19  Il-Klabbs ghandhom jaghmlu l-laqghat generali taghhom sal-31 ta' Dicembru. Fejn hemm jigi mahtur kumitat gdid.

Jekk mas-sirx il-laqgha sa dik id-data multa ta` 25 Ewros.

 

1.20  Filwaqt li l-Kunsill ma jindahalx fl-amministrazzjoni interna tal-Klabbs,  jista' jindahal fejn jara li gew miksura xi regoli ta' l-Istatut tal-Klabb, u dan fuq talba ta’ xi membru jew player tal-klabb. Il-Kunsill jista' jaghti dawk id-direttivi li jidhirlu li ghandu jaghti dwar il-kaz.

 

1.21  Is-Segretarju tal-Federazzjoni ghandu jkun mgharraf bil-miktub bkull emenda li tista' ssir fl-Istatut tal-Klabbs. Multa € 25.00.

 

Tmexxija

 

1.22  It-tmexxija tal-Federazzjoni ghandha tkun komposta minn tliet (3) Ufficjali newtrali, li jkunu, President, Segretarju, Kaxxier u minn tmien membri biex b'hekk, il-Kunsill ikun kompost minn hdax (11) il-membru. F’kaz li jkun hemm aktar rapprezentanti milli mehtieg ghandha issir elezzjoni. Dawn it-tmien ( 8 ) membri godda tal-Kunsill jkunu eletti ghall tlett ( 3 ) snin. Waqt il-laqghat tal-Kunsill il-President ikollu biss il-kasting vote.

 

1.23  Il-Kunsill hu l-korp li jmexxi l-attivitajiet tal-Federazzjoni u ghandu l-jedd:-

 

 a)  li jilqa jew jichad l-applikazzjoni ghas-shubija.

 

 b)  Li jissospendi u/jew ikecci membru jew klabb minhabba agir li jmur kontra l-Istatut tal-­Federazzjoni.

 

  c)  Li jsejjah laqghat generali straordinarji meta jidhirlu li  jinhtieg jew meta tintbghat talba minn xi klabbs affiljati.  Din it-talba trid tkun iffirmata minn zewg terzi tal-klabbs afflijati, u fiha tinghata r-raguni ghal din il-laqgha.

 

 d)  li jikkoptja persuni biex iservu bhala membri fil-Kunsill. Dawn ghandhom dritt ghal vot waqt il-laqghat tal-Kunsill. 

 

  e)  Li jahtar bordijiet u/jew kummisjonijiet jekk ikun hemm il-htiega ta dan.

 

1.24  Il-President, is-Segretarju u l-Kaxxier tal-federazzjoni ghandhom ikunu persuni newtrali.  B’newtrali wiehed jifhem li ma jkollhomx ebda KARIGA jew post f’xi Klabb tal-bocci waqt li jkunu qieghdin jokkupaw wahda minn dawn il-karigi.

 

Il-Kunsill

 

1.25  Il-Kunsill ghandu jkun immexxi minn President u mieghu jigu eletti wkoll Segretarju u Kaxxier.  Dawn it-tliet ufficjali jkunu eletti ghal tliet ( 3 ) snin b'vot semplici f'elezzjoni, u jridu jkunu nnominati u ssekondati ndividwalment minn klabbs affiljati ma l-F.K.B.

 

1.26  Fl-ewwel laqgha tal-Kunsill il-gdid jigu mahtura l-assistenti ta' l-ufficjali minn fost il-membri eletti.  Il-hatriet huma ta' Vici-President, Ass. Segretarju, Ass. Kaxxier u hatriet ohra skond kif jidhirlu l-Kunsill

 

1.27  Fl-ewwel seduta tal-Kunsill il-gdid, jekk tinhass il-htiega, ghandhom jattendu l-ufficjali tal-Kunsill il-qadim biex jghaddu formalment lill ufficjali l-godda d-dokumenti aggornati tal-Federazzjoni.

 

1.28  ll-President ghandu jippresiedi l-laqghat tal-Kunsill, il-Laqgha Generali Annwali u dawk straordinarji. Huwa jista' jkun ukoll fil-bordijiet u kummissjonijiet tal-Kunsill bhala ex-ufficcio.  Il-President ma jkollux hlief il-CastIng Vote.  Fl-assenza tal-President, jippresiedi l-Vici President, u fl-assenza ta' dan, dejjem jekk ikun hemm quorum, xi wiehed mill-membri mahtur ad hoc. F'kuIl kaz, min jidhol flok il-President, ikollu biss il-Casting Vote.

 

1.29  L-ufficjali tal-Kunsill iridu jkunu lesti biex minn zmien ghal zmien iwettqu dak ix-xoghol ordnat lilhom mill-Kunsill.

 

1.30  Il-Laqghat tal-Kunsill ghandhom jissejhu bl-Agenda; barra meta jigu msejha b'urgenza mill-President jew zewg terzi tal-membri tal-kunsill.

 

1.31  Is-Segretarju huwa responsabbli ghall-Amministrazzioni u t-tmexxija tas-Segretarjat.  Huwa ghandu jzomm il-minuti tal-laqghat kollha.  Hu jkun responsabbli mill-korrispondenza u r-rekords l-ohra skond il-htiega tal-Federazzjoni.  Hu jiffirma kwalunkwe komunikazzjoni u avvizi approvati mill-Kunsill tal-Federazzjoni.

 

1.32  Kull kummissjonijiet jew bordijiet approvati mill-laqghat generali annwali jew straordinarji, ghandhom jitolbu lill istess laqgha id-dritt li jibaghtu korrispondenza biex jaqdu l-funzjoni taghhom. Dan jistghu jaghmluh ukoll b’kollaborazzjoni mas-Segretarju tal-Federazzjoni Klabb tal-Bocci.

 

1.33  Ir-rapprezentanza legali tal-Federazzioni hija nvestita fil-President, Segretarju u il-Kaxxier, jew fl-assistenti taghhom.

 

1.34  Il-Kaxxier hu responsabbli tad-dhul u hrug ta’ flus f'Isem il-Federazzjoni.  Il-hlasijiet kollha f'Isem il-Federazzjoni ghandhom, fejn huwa possibbli, jsiru permezz ta' cekkijiet u mhux flus kontanti.  Huwa jrid izomm kontijiet dettaljati fil-kotba tat-transazzjonijiet finanzjarji tal-Federazzjoni, u huwa dover tieghu li jkollu ricevuti ghal kull hlas li jaghmel f'Isem il-Federazzjoni. Huwa jista jzomm sa € 233.00 fil-pusses tieghu bhala petty cash.

 

Il-Kaxxier ma jistax jonfoq aktar minn € 120.00 minghajr il-permess minn qabel tal-Kunsill. Meta jkun hemm bzonn li jingibdu flus mill Bank, tkun mehtiega l-firma tal-Kaxxier u tal-President u/jew tas-Segretarju.

 

1.35  Il-Kaxxier ghandu jipprezenta lill-Kunsill, kull meta jigi mitlub, il-pozizzjoni finanzjarja tal-Federazzjoni u jaghti r-rendikont finanzjaru fil-laqgha generali annwali.  Dan irid ikun certifikat mill-Awdituri.

 

1.36  Il-kotba finanzjarji tal-Federazzjoni ghandhon jinghalqu fil-31 ta’ Dicembru ta’ kull sena, u dawn jigu mghoddija lill-Awdituri ghall-iccekkjar u c-certifikat taghhom.  Ir-rapport finanzjarju ghandu jitwahhal fin-notice board tal-Federazzjoni Gimgha qabel l-laqgha generali.

 

1.37  Il-Kaxxier ghandu wkoll izomm l-Inventarju ta kull propjeta tal-Federazzjoni.

 

L-Assistenti ta l-Ufficjali ( Vici Pres, Ass.Segr u Ass.Kaxx )  ghandhom jghinu lill-Ufficjali fix-xoghol taghhom u jaghmluha flokhom fl-assenza taghhom.

 

1.38  Dawk il-membri tal-Kunsill li minghajr ragun gustifikatta jonqsu li jattendu ghal tliet laqghat konsekuttivi tal-Kunsill, jitqiesu li rrezenjaw mill-KARIGA taghhom. Din ir-raguni trid tigi komunikata qabel il-laqgha tal-Kunsill. Il-Kunsiil ghandu d-dmir li javza lill-membru bil-miktub dwar il-ksur ta’ dan il-Paragrafu, biex dan ikun jista jaghti r-raguni tieghu qabel dan jitqies li rrizenja.

 

1.39  Il-Membri tal-Kunsill huma suggetti ghad-dixxiplina tal-Kunsill stess, biss li membru jew ufficjal ikkoncernat ghandu d-dritt li jressaq il-kaz tieghu quddiem l-ewwel laqgha generali jew straodinarja li ssir, basta jinforma b'dan bil-kitba minn qabel lis-Segretarju.

 

1.40  Meta tinholoq vakanza ta' xi wiehed mill-membri fil-Kunsill il-post jintela mir-Runner-up. F'kaz li ma jkunx hemm dan, il-Kunsill ihoss il-htiega, jista wkoll jikkoptja persuni fi hdanu. Dan ikompli t-terminu ta’ dak il-membru li jkun halla l-post vagant. Din il-persuna ghandha dritt ghall-vot.

 

1.41  Fil-kaz li l-vaganza tkun ta xi wiehed mill-ufficjali, din ghandha timtela f'laqgha generali straordinarja, li ghandha tissejjah fi zmien xahar minn meta tkun inholqot il-vakanza.

 

1.42  Fil-kaz ta’ Paragrafu 1.41, jekk ir-rizenja issir ma tul ix-xahar ta’  Settembru, il-Kunsill jista’ jibqa’ jmexxi minghajr ma tissejjah Laqgha Generali Straordinrja.

 

1.43  Id-decizjonijiet kollha tal-Kunsill huma finali, konklussivi u inappellabbli.  Ghal din il-fini inappellabbli tfisser li ma tistax titressaq quddiern ebda Awtorita Amministrattiva jew Gudizzjarja.  F’kazi dixxiplinari d-decizjonijiet jistghu jittiehdu quddiem il-bord ta l-appell tal-Federazzjoni.

 

1.44  Min jabbuza u jmur kontra l-kontenut tal-paragrafu precedent (1.43)  jigi mnehhi mill-Federazzjoni.

 

Amministrazzjoni

 

1.45  L-ebda membru tal-Kunsill  jew Bord tal-Federazzjoni ma  jista’ jidher f'xi kaz ghall-klabb tieghu quddiem il-Kunsill jew quddiem xi wiehed mill-Bordijiet tal-Federazzjoni.

 

1.46  Membru tal-Kunsill jew ta’ xi Bord tal-Federazzjoni li jkollhom konnessjoni ma xi klabb affiljat, la jistghu jkunu prezenti u lanqas jivvutaw f’xi kaz konness ma dak il-klabb.

 

1.47  Ebda membru tal-Kunsill jew bord tal-Federazzjoni,  Kumitat ta’  klabb jew plejer ma jistghu jikkritikaw jew jiktbu fil-gurnali jew fuq il-mezzi tax-xandir dwar decizzjonijiet mehudin mill-Kunsill.

L-ewwl darba multa ta` mhux inqas minn 12 Ewros u mhux aktar minn 25 Ewros. Persistenza ggib tkeccija mill-F.K.B.

 

1.48  Membru tal-Kunsill tal-Federazzjoni jista' jiehu sehem f’kompetizzjonijiet organizzati mil-Federazzjoni.

 

1.49  Ma jigux accettati mill-kunsill tal-Federazzjoni ittri bi kliem insolent, ittri annonimi jew espressjonijiet offensivi sew fir-rigward tal-membri tal-Kunsill, Klabbs, Ufficjali tal-Loghba, Ufficjali tal-Klabbs jew plejer. Jekk dan jintuza fi protesti jew appelli dawn ma jigux milqugha.

 

1.50   L-Ezekuttiv u l-Bordijiet tieghu, fid-deliberazzjonijiet taghhom, jaccettaw biss fatti u dokumenti. Ebda ghidut ma jigi accettat.  Il-Kunsill ma jiehu ebda konsiderazzjoni ta' kwistjoni, jekk din ma titressaqx bil-miktub quddiem is-Segretarju. Multa € 70.00.

 

1.51  Kull Klabb irid jahtar Rapprezentant jew assistent tieghu biex iressqu l-protesti u kwistjonijiet ohra quddiem il-Kunsill jew Bordijiet.  Dan ma jistax ikun bniedem legali jekk ma jkunx il-President jew Segretarju tal-Klabb.

 

1.52  Kaz ta’ partita li tigi abbandunata kull decizjoni trid tigi mehuda mill-Kunsill

 

1.53  Protesti ghandhom isiru fi zmien 48 siegha tax-xoghol minn meta tkun intlaghbet il-partita. Il-Protest irid ikun b’itlett kopji li jintbaghtu lis-segretarju tal-Federazzjoni (kopja minnhom ghat-tim oppost) flimkien mal-hlas ta depositu ta’ € 25.00.  Protesti ghandhom isiru biss fejn ikun hemni xi ksur tar-Regolamenti tal-Loghba. Granet tax-xoghol ghal-fini ta’ din il-klawsola huma mit-Tnejn sal-Gimgha eskluzi festi nazzjonali jew pubblici.

 

1.54  Kull multa mmposta fuq il-Klabbs trid tithallas fi zmien hmistax il-jum, jekk ma jsirx appell. Jekk wara dan iz-zmien u wara li l-klabb ikun ircieva l-avviz finali ta’ tmienja u erbghin siegha, jekk din il-multa tkun ghad ma thallsitx fil-perjodu ta’ dawk it-tmienja u erbghin siegha, dan jigi awtomatikament sospiz mill-loghob kollu tal-Federazzjoni sakemm din tithallas.

 

1.55  Il-Kunsill ghandu d-dritt li jiehu kull decizjoni dwar materji konnessi mal-Loghba tal-Bocci li dwarhom m'hemm xejn stipulat f'dawn ir-Regolamenti hlief meta jkun hemm xi protest fir-rigward ta dik il-materja.

 

Bordijiet

 

1.56  Biex jghinnu lill-Kunsill fit-tmexxija tieghu jistghu jinhatru Bordijiet li fihom jistghu jiehdu sehem membri tal-Kunsill, membri newtrali u anki persuni ohra li l-Kunsill jidhirlu li huma addattati ghal dawn il-karigi.

 

1.57  Fost il-Bordijiet jista' jkun hemm dak tad-Dixxiplina, tar-Referees, Protesti, Appelli, plejer Complaints Bord  etc , etc.

 

1.58  Dawn il-boriijiet jista' jkollhom l-ghajnuna tas-Segretarju jew xi membru tal-kunsill tal-Federazzjoni.

 

1.59  Il-Kunsill jista' jinkariga wkoll persuni li jaghmluha ta osservaturi waqt il-loghob, u dawn ghandhorn jirrap­urtaw lill-Kunsill.

 

1.60  Jistghu jsiru appelli minn decizzjonijiet tal-Bordijiet kollha. L-Appelli ghandhom ikunu akkompanjati minn hlas ta € 35.00 u jsiru fi zmien sebat ijiem inkluzi il-festi pubblici, minn meta tkun ittiehdet id-decizjoni.  Ma jintlaqghux appelli f'kazi dixxiplinarji jekk dawn ma jkunux sospensjonijiet jew multa ta’ aktar minn € 60.00 jew telf ta’ punti.

 

1.61  Fil-kaz tal-Bord tal-Protesti jew dixxiplina para.1.44 ma japplikax. Id-decizzjonijiet tal-Bord tal-Protesti huma finali u konklussivi sakemm ma jsirx appell minnhom quddiem il-Bord ta l-Appelli, li  mbaghad, f'dan il-kaz, id-decizzjonijiet tieghu ikunu finali u inappelabbli a terminu ta l-Art. 1.44 ta dan l-Istatut.

 

Laqghat Generali u tal-Kunsill

 

1.62  Il-Laqghat tal-Kunsill jissejhu mis-Segretarju fuq struzzjonijiet tal-President, jew fuq talba ta’ zewg terzi tal-membri tal-Kunsill. Il-Laqghat iridu jsiru ta’ mhux anqas minn Laqgha fix-xahar.

 

1.63  l-Agenda ghal-Laqghat tal-Kunsill ghandha tintbaghat mill anqas erbat (4) ijiem qabel il-laqgha. F'kaz ta’ urgenza, huwa bizzejjed li kulhadd jigi nfurmat verbalment. Bhala item fissa fuq l-agenda tal-kunsill irid ikun hemm 'affarijiet ohra'. Kull membru tal-kunsill ghandu d-dritt li jressaq kull proposta ghall-agenda, billi s-segretarju jigi informat jumejn qabel il-laqgha.  Il ‘Quorum’ ghal-laqghat tal-kunsill huwa ta' nofs il-membri u wiehed.  Jekk wara nofs siegha mill-hin stipulat ghall-bidu tal-laqgha dan ma jintlahaqx, il-laqgha tigi sospiza.

 

1.64  Kull mozzjoni jew proposta trid tigi deciza b’maggoranza semplici ta' voti tal-membri prezenti, barra minn fejn huwa stabbilit mod iehor f'dan l-Istatut.

 

1.65  F'kaz' ta talba ghal vot sigriet, anki jekk din issir minn membru wiehed biss, din it-talba ghandha tigi milqugha.

 

1.66  Il-Laqghat Generali Annwali tal-Federazzjoni, ghandhom jinzammu mill-1 ta' Jannar u mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar ta' kull sena. Il-Laqgha Generali Anwali hija l-oghla awtorita tal-Federazzjoni u ghandha l-awtorita li:

 

  a)  Tahtar il-Kunsill u kif ukoll l-Awdituri.

 

  b)  Izzid, tnaqqas, tibdel jew temenda l-Istatut tal-Federazzjoni u r-Regolamenti tal-Loghba.

 

  c)  Li tahtar Kummissjonijiet jekk ikun hemm proposta min xi klabb li tkun issekondata min klabb iehor u li din tkun intbaghtet lis-Segretarju tal-Federazzjoni sal-15 ta’ Decembru skond Paragrafu 1.68 ta’ l-istatut.

 

1.67  L-avviz ghal-Laqgha Generali Annwali ghandu jintbghat lill-Klabbs mill-anqas tmint ijiem qabel il-Laqgha, u fih jindika l-post, il-hin u l-Agenda tal-Laqgha Generali.

 

1.68  Emendi ghall-Istatut jew proposti ghandhom jintbaghatu lill-Kunsill tal-Federazzjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar ta' kull sena. Ma dawn l-emendi jew proposti, sa l-istess data, ghandhom isiru wkoll darba kull tlett snin in-nominazzjonijiet ghall-Membri tal-Kunsill.

 

1.69  Jivvutaw fil-laqgha generali d-delegati tal-klabbs li jkunu regolari fil-hlas. Kull Klabb ghandu d-dritt li jibghat zewg delegati ghal-Laqgha Generali Annwali, u dawn iridu jkunu membri tal-Kumitat ta’ dak il-Klabb.

 

1.70  Il-Quorum tal-Laqgha Generali/Annwali/Straordinarja huwa nofs in-numru tal-klabbs affiljati u wiehed, Jekk ma jkunx hemm quorum sal-hin avzat, il-Laqgha tistenna nofs siegha ohra u wara ssir bil-membri prezenti.

 

1.71  L-ismijiet tal-Kandidati ghall-Elezzjoni ghandhom ikunu mnizzlin b'ordni alfabetiku fuq il-polza tal-vot.

 

1.72  Dawk il-Klabbs li jonqsu li jattendu ghal-Laqgha Generali Annwali / Straordinarja jigu mmultati

€ 25.00.

 

1.73  Laqgha Generali Straordinarja tista tigi msejha:

 

  a)  Mill-Kunsill tal-F.K.B.

 

  b)  Mill-President tal-F.K.B.

 

  c)  Mill-Klabbs, fuq talba ta zewg terzi, bil-miktub, tal-Klabbs affiljati. Trid tinghata raguni bil-quddiem ghal-Laqgha ta din ix-xorta.

 

1.74  F’Laqgha ta din ix-xorta jsir biss dak ix-xoghol li jkun imnizzel fuq l-Agenda.

 

Plejers u Kompetizzjonijiet

 

1.75  Biex registrazzjoni ta' player ma’ Klabb tkun valida, din trid issir fuq formula mahruga mill-Federazzjoni. Min ma jkunx irregistrat b'dan il-mod ma jistax jiehu sehem la f'Kompetizzjonijiet organizzati mill-federazzjoni., u anqas f’dawk tal-Klabbs fuq bazi 'open’.

Multa ta` mhux aktar minn 70 Ewros lill-plejer, 70 Ewros lill-Klabb tieghu, u f`kaz ta` kompetizzjoni "open", organizzata minn Klabb, multa ta` 70 Ewros lill organizzatur ukoll.

 

1.76  Ir-Registrazzjoni tal-Players trid tinghata lis-Segretarju tal-Federazzjoni sa ghaxart ijiem minn meta tigi mimlija mill-player. F’kaz li dan ma jsirx, ir-registrazzjoni ma tkunx valida. Din trid tkun akkompanjata mill-I.D. Card.

 

1.77  Il-Plejer jirregistra mal-klabb ghal tliet ( 3 ) snin. Dan jista jinghata ir-release qabel ma jaghlaqlu t-terminu ta' tliet snin, dan bi ftehim mall-klabb tieghu. Dan ikun jista' jilghab mill-ewwel mal-klabb gdid tieghu, basta f'dak l-istagun ma jkunx ha sehem f'xi loghba kompetittiva organizzata mill-federazzjoni ( ha sehem f'dan il-kaz ifisser li jkun laghab parti minn loghba kompetitiva organizzata mill-Federazzjoni u mhux ghax ikun imnizzel fuq il-formula tal-line-up ).

 

1.78

Ma jistax isir tipjip (sigaretti, pipa, sigarri u sigaretti tal-liqwidu) mill-plejers u l-anqas mir-referee tul il-partita kollha. Dan jista jsir biss fil-brejk bejn partita w ohra. Il-klabb ta’ dak il-plejers jew referee  ser jinzamm responsabbli jekk jinkiser dan ir-regolament (Pagna 41 Par. 78). L-ewwel darba multa ta’ € 20.00, pero jekk jerga jinkiser dan ir-regolament mill-istess plejers jew referee ser tigi mmposta multa ta’€ 60.00 kull darba li jsir hekk

.

 

1.79 Kull Klabb jista’ jaghti Bonus u ghotjiet ta’ flus lil plejer bhala spejjez ta’ transport u rebh ta’ xi unur u spejjes ohra kif jidhirlu xieraq il-kumitat.

 

1.80 Plejer ghandu dritt iressaq quddiem il-Kunsill tal-Federazzjoni xi kaz li jista jkollu mal-klabb tieghu. Il-plejer irid jaghmel il-kaz tieghu bil-miktub. Il-Kunsill, jew xi Bord mahtur minnu, jkollu d-dritt li jinvestiga l-kaz' u s-socjeta hija fid-dmir li tghin lill-Kunsill fl-investigazzjoni tal-kaz.

 

1.81  Il-Klabbs affiljati jistghu jorganizzaw kompetizzjonijiet interni. Biex klabb jorganizza kompetizzjoni li mhix interna, jrid l-approvazzjoni minn qabel tal-Kunsill tal-Federazzjoni.


Multa ta` 35 Ewros l-ewwel darba. it-tieni darba multa ta` 70 Ewros u jew sospenzjoni skont kif jidirlu xieraq il-Bord tad-Dixxiplina.


1.82  Kull kompetizzjoni tal-Bocci li tigi organizzata trid titmexxa. Fuq ir-Regolamenti tal-Loghba tal­-Bocci approvati mill-Federazzjoni. Multa € 35.00 / € 70.00.


Multa ta` 35 Ewros l-ewwel darba. It-tieni darba multa ta` 70 Ewros u jew sospenzjoni skont kif jidirlu xieraq il-Bord tad-Dixxiplina.


1.83  Fil-Kompetizzjonijiet organizzati mill-F.K.B. kull Klabb affiljat irid ikun rapprezentat ta’ l-anqas b’tim wiehed.f’kull kompetizzjoni. Il-klabb li jkun approva l-partecipazzjoni ta’ timijiet jew individwi jibqa responsabbli ghalihom matul iz-zmien kollu tal-kompetizzjoni.

 

1.84  Plejer imsejha mill-F.K.B. ghal tahrig jew loghob rapprezentattiv internazzjonali, u li jonqsu li jattendu, meta jkunu mitluba jaghmlu dan, minghajr raguni gusta, ikunu suggetti ghal passi dixxiplinari min naha tal-Kunsill.

 

1.85  Plejers u timijiet ma jistghux jiehdu sehem fl-ebda kompetizzjoni u taht l-ebda cirkostanza, kontra players timijiet jew f'pitches li jkunu dixxiplinati jew sospizi mill-Kunsill. Passi dixxiplinari, f'dawn il-­kazi, jistghu jwasslu ghal multi jew sospensjoni jew anki tnehhija mill-F.K.B.


Multa ta` 25 Ewros u/jew sospenzjoni, jew tnehhija mill-Federazzjoni.

 

1.86  Sospensjonijiet jibdew jghoddu mill-gurnata li fiha jittiehdu.

 

1.87  Ebda plejer, ufficjal jew membru ta’ klabb ma jista’ jifforma parti minn kumitat jekk ikun qieghed jiskonta decizzjoni dixxiplinarja mill-Kunsill. Multa € 35.00.

 

1.88  Hadd ma jista’ jkun membru f'kumitat ta’ aktar minn klabb wiehed affiljat mal-F.K.B.

Sospenzjoni ghal-3 snin milli jservi f`xi kumitat jew fil-Kunsill, jew f`xi Bord mahhtur minn dawn.

 

1.89  Klabb jista’ jissospendi player sa xahar biss.  B’din is-sospensjoni ghandu jigi mgharraf il-kunsill tal-Federazzjoni, u din id-decizjoni ma tistax tigi mibdula mill-Klabb.  Min jaghmel uzu minn player li jkun sospiz jitlef il-punti tal-partita minbarra passi dixxiplinarji ohra li jittiehdu kontra tieghu mill-Bord tad-dixxiplina.

 

1.90  Sospensjonijiet ta’ aktar minn xahar iridu jigu approvati mill-kunsill.  Dan wara li jkun sama’ r-ragunijiet u x-xhieda migjuba mill-klabb koncernat.  Dawn ir-ragunijiet iridu jigu ggustifikati quddiem il-kunsill.

 

1.91  Kull decizjoni ta’ dixxiplina ghandha tigi kkomunikata lill-plejer  bil-miktub, u f’kaz li din tkun aktar minn xahar, il-plejer ghandu dritt jitlob li l-kaz tieghu jigi nvestigat mill-kunsill.  Talba ta’ din ix-xorta trid issir bil-miktub fi zmien erbat ijiem tax-xoghol minn meta gie notifikat bid-decizjoni dixxiplinarja mill-klabb tieghu.

 

1.92  Jekk plejer jirregistra ma zewg klabbs affiljati jigi skwalifikat ghal sena milli jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet u jista’ wkoll ikun iddixiplinat skond kif jiddeciedi l-kunsill.

 

1.93  Il-klabbs ghandhom jinnutaw li l-plejer kollha li jkunu jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Federazzjoni jistghu jigu nnominati biex jaghmluha ta’ Referees, sakemm dawn ikunu kwalifikati u approvati mill-Kunsill.

 

Kompetizzjonijiet Knock-Out

 

1.94  Biex ikun jista jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet organizzati mill-Federazzjoni ikun irid jirregistra plejers kif se jinghad:


a) Knock Out 3x3 – sitt plejers.


b) Knock Out 2x2 - tliet plejers.


c) Fil-kompetizzjoni ta` 2x2, 3x3, jekk fl-ewwel loghba l-klabb jghati ``Walk Over`` it-tieni loghba ma ssirx u dan jehel multa ta` 25.00 Ewros.

Ma` jsir ebda caqliq ta` ``fixtures`` ta` dawn il-kompetizzjonijiet: Lig Nazzjonali, 1x1, 2x2, 3x3, charity cup, u Super cup.

Il-kompetizzjoni tal-1x1 jekk plejer ma` jkunx jista jmur ghal-loghob minhabba ragunijiet serji u wara li jigi muri xi tip ta` dokument li jiggustifika dik ir-raguni, mhux ser ikun hemm penali.

ghaldaqstant irid isir hekk:


d) Jekk plejer A jonqos li jmur ghal-loghob il-plejer B jirbah dik il-loghba 21-0, izda plejer A ikollu c-cans li jilghab it-tieni loghba skont kif jidher fuq il-''fixtures'', jekk plejer a jirbah il-loghba issir ''decider'' ta' 11 il-punt f`dak il-picc li ntrebhet it-tieni loghba.


e) Jekk plejer wiehed miz-zewg plejers ma' jkunx jista jilghab iz-zewg loghbiet minhabba ragunijiet fit-tul il-plejer l-iehor jghaddi ghar-rawnd li jmiss.


f) Jekk plejer B jirbah l-ewwel loghba, izda ghar-ragunijiet ikkunsidrati validi mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ma` jkunx jista jilghab it-tieni loghba plejer B jitlef it-tieni loghba 21-0, izda jkollu cans jilghab id-''decider'' f`dak il-picc li kellu jilghab it-tieni loghba. Min jirbah id-''decider'' jghaddi ghar-rawnd li jmiss.


g) Jekk plejer B jitlef l-ewwel loghba, izda ghar-ruginijiet ikkunsidrati validi mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ma` jkunx jista jilghab it-tieni loghba plejer B jitlef it-tieni loghba 21-0. Plejer A jghaddi ghar-rawnd li jmiss.


h) Jekk plejer ma` jmurx ghal-loghob minghajr ma` juri xi tip ta` dokument li jkun iggustifikat, tinghata ''W/O'' u jehel multa ta` 25 Ewro. Il-Federazzjoni Klabbs tal-bocci zzomm id-dritt li ma` taccettax dokumenti li ma` jkunux gustifikati.


i) Fin-''K/O'' 2x2 jekk plejer jigi nieqes matul il-kompetizzjoni, postu jista jintela minn plejer iehor basta ma` jkunx ha sehem fil-kompetizzjoni msemmija.

   

1.95 Il-plejers irregistrati jiehdu sehem biss ma dak it-tim li mieghu jkunu  rregistrati.  F’kull kaz jtrid tithallas ir-registrazzjoni.

 

League Nazzjonali

 

1.96  Il-Format tal-League Nazzjonali jista’ jinbidel biss f’Laqgha Generali Annwali jew Straordinarja b’vott semplici, u dan wara li tkun tressqet proposta min xi klabb jew mill-Kunsill tal-F.K.B. Jekk jinqalghu cirkustanzi ta’ urgenza u dan wara li tkun diga saret il-Laqgha Generali Annwali l-Kunsill ghandu d-dritt li jirrimedja skond ic-cirkustanzi li jkunu nqalghu.

 

1.97  Kull Klabb affiljat jippartecipa f’dan il-league b’tim wiehed biss, u f’divizjoni wahda.

 

1.98  Kull klabb jilghab kontra klabbs ohra kollha fl-istess Divizjoni rispettivament fuq bazi ta’ “home” u “away” partita wahda li tintrebah minn min jaghmel 21 punt l-ewwel, huma permessi tliet sostituzzjonijiet. Huma permessi zewg time outs ta` zewg minuti kull time out min kull klabb matul il-loghba kollha.  Hekk kif isiru 10 punti jsir brejk ta` hames minuti. L-ewwel tliet tims jiehdu l-unuri u l-ahhar tliet tims jigu relegati ghall-divizzjoni ohra.

1.99   Tliet timijiet jigu promossi ghal Divizzjoni superjuri u tliet timijiet jigu relegati ghal Divizzjoni nferjuri, jew kif tista tiddeciedi l-Laqgha Generali Anwali jew Straordinarja. Ir-“Reserves League” jitmexxa fuq l-istess bazi. F` Kaz li xi timijiet, ghall-fini tal-klassifika, jgibu l-istess numru ta` punti, biex jigi diterminat f`liema Divizzjoni jilghabu ghandu jghodd regolament “A”.  Biex jigi diterminat it-tieni u t-tielet post u dawk relegati  jghodd regolament “B”, skond kif jidher hawn taht.

 

Ezempju:- A) Jekk it-timijiet ikunu tnejn, isir sparegg bejnithom. Jekk it-timijiet ikunu tlieta, titla polza u min jigi l-ewwel u t-tieni jilghabu bejnithom u t-tielet tim jigi “Bye”. Jekk it-timijiet jigu b`erba, titla polza u min jigi l-ewwel u t-tieni jilghab kontra xulxin u l-istess min jigi t-tielet u r-raba, min jirbah minnhom jigi final.

 

Ezempju:- B) Dawk it-timijiet li jigu ndaqs fil-puntegg sempliciment ghal fini tal-klassifika.

 

(Ezempju:- Ghat-Tieni u it-Tielet post).  Jaraw il-konfronti ta’ bejniethom.

Min jirbah iz-zewg loghbiet awtomatikament ikun ghadda, jekk jirbhu loghba jkull wiehed jghoddu il-punti taz-zewg loghbiet u min igib l-iktar punti jghaddi.

Jekk igibu l-istess numru ta’ punti jghoddu il-punteggi skond il-klassifika finali.

 

2.00  F’kaz ta’ Decider ghar-Reserves League bejn zewg klabbs ta’ l-istess divizjoni, l-klabbs involuti ma jkunux jistghu jaghmlu uzu minn dawk il-players li jkunu hadu sehem fil-loghba tal-Premier bejn l-istess klabbs, fit-tieni round ( hadu sehem tfisser li jkunu laghbu u mhux ghax ikunu mnizzla fuq il-Line Up Form ).

Jekk tim jghamel uzu minn dawk il-plejers li laghbu fil-Premier, kontra l-istess klabb, it-tim oppost jinghata rebha.

 

Kompetizzjonijiet K.O. U/16 

 

2.01  Il-kompetizzjoni Knock Out Under 16 fuq bazi nazzjonali hija miftuha ghal dawk kollha li ma jkunux ghalqu s-sittax il-sena sa l-ewwel ta’ Lulju ta’ kull sena, jew f’data ohra li jiddeciedi l-kunsill tal-Federazzjoni.

 

2.02  Kull plejer taht is-sittax-il sena jrid jirregistra fuq formola mahruga mill-kunsill tal-Federezzjoni.

 

2.03  L-informazzjoni mitluba fuq kull formola trid tigi ccertifikata mis-segretarju tal-klabb li mieghu jissieheb il-player u trid tkun ukoll iffirmata minn missier jew il-persuna responsabbli mill-plejer.

 

2.04  Ma’ kull formola hekk mimlija jrid jintbaghat Certifikat tat-twelid u zewg ritratti tal-qies tal-passaport ghall-karta ta’ l-identita tal-Federazzjoni.

 

2.05  Kull plejer taht is-sittax il-sena jrid jibqa’ mal klabb li mieghu ikun irregistra sal-31 ta’ Dicembru ta’ dik is-sena, jew sakemm tintemm il-kompetizzjoni.

 

2.06  Ebda tim ma jista jirregistra aktar minn erba’ (4) plejers ta’ taht 16 is-sena.

 

2.07  Kull tim ikun kompost minn fenditur, garatur u Reserve, jigifieri mhux inqas minn 3 plejers.

 

2.08  It-taqsim tal-loghob matul il-partita jsir biss mill-plejers li jkunu qed jilaghbu dak il-hin.

 

Kazi ta’ Korruzzjoni

 

2.09  Kull min jinstab hati li kien involut, direttament jew indirettament f'xi kazi ta korruzzjoni, dan jitnehha ghal ghomru mill-F.K.B.

 

2.10  Min ikun imnehhi minhabba korruzzjoni, ma jista jgawdi qatt minn xi amnestija.

 

2.11  Il-Kunsill jiehu konsiderazzjonijiet ta’ kull kaz fejn tidhol il-korruzzjoni, izda ghandu jsir rapport lill-Pulizija.

 

2.12  Il-Kunsill huwa obbligat li jiehu passi dixxiplinarji fuq kazi ta’ korruzzjoni, irrispettivament minn kull procedura jew gudizzju  tal-Qrati.

 

Karta ta’ Identita

 

2.13  Kull plejer ghandu jkollu karta ta identita mahruga mill-F.K.B., li trid tigi ipprezentata qabel kull Loghba.

 

2.14  Fil-bidu ta’ kull tliet snin, din il-karta ta identita trid tigi ritornata lill-F.K.B. flimkien mar-Registrazzjoni l-gdida.

 

2.15  Min jitlef, jeqred jew jiddistruggi l-I.D.Card tal-F.K.B. jrid ihallas € 2.00 biex tinhariglu ohra gdida. Irid jipprezenta wkoll ritratti godda.

 

2.16  Ebda dokument ta’ identita m'huwa validu ghal skopijiet tal-Federazzjoni, jekk mhux il-karta tal-identita mahruga mill-Federazzjoni.

 

2.17  Hadd ma jista’ jilghab jekk ma jurix il-karta ta identita originali, tal-F.K.B. lir-Referee qabel kull loghba.

 

2.18  Ghal ragunijiet ta dixxiplina, il-Kunsill jista jirtira l-Karta ta’ Identita tal-Plejer ghal perjodu ta’ zmien jew indefinittivament.

 

2.19  Min jipprova jbiddel xi dettal, jew ihassar xi haga mill-Karta ta’ l-Identita’ jigi kkastigat b’multa jew sospensjoni jew it-tnejn f’daqqa. Multa € 70.00.

Jitlef dik il-partita, multa ta` 70 Ewros u dak il-plejer li tieghu tkun l-I.D. Card jigi sospiz il-kumplament ta` l-istagun.

 

2.20  Ebda Klabb ma jista jzomm il-karta ta identita lill xi plejer, minghajr raguni. F'dan il-kaz, trid tigi ritornata lura lis-Segretarju tal-F.K.B. Multa € 12.00.

 

2.21  Meta plejer jirregistra minn issa ‘l-quddiem, u ghall ewwel darba biss, irid jipprezenta zewg ritratti tal-Passaport mal-Formola tar-registrazzjoni tieghu,  il-Karta ta’l-iIdentita tkun valida ghal tlett snin.

 

Xoljiment tal-Federazzioni

 

2.22  Fil-kaz li l-Federazzjoni Klabb tal-Bocci tigi xolta, u dan jista’ jsir biss f'laqgha Generali Straordinarja msejjha ghal tal apposta, u b'votazzjoni ta’ zewg terzi tal-Klabbs affiljati mal-F.K.B. dak iz-zmien, il-propjeta kollha tinbiegh u l-flus kollha li jibqa’ wara li jigu mhallsa l-ispejjez u l-kontijiet kollha pendenti, inkluzi dawk fil-Bank u f'idejn, it-Tezorier, jigi disponut minnhom kif tiddeciedi dak in-nhar il-Laqgha Generali Straor­dinarja.

 

TMIEM

 

REGOLAMENTI TAL-LOGHBA TAL-BOCCI

 

1. Bil-ghan li jkun hemm konsistenza, l-Klabbs li huma affiljati mal-F.K.B., fil-Kompetizzjonijiet kollha li jiehdu sehem fihom, iridu jigu adottati r-Regolamenti tal-Loghba tal-Bocci, kif interpretati mill-F.K.B . Multa € 25.00 / € 50.00.

 

Qabel il-Loghob

 

2. Il-plejers li jkunu se jiehdu sehem f’xi Kompetizzjoni, kemm dawk tal-Federazzjoni, kif ukoll dawk “Open” organizzati mill-Klabbs, li fihom jistghu jidhlu timijiet barranin, iridu jkunu registrati mal-F.K.B. tmienja u erbghin ( 48 ) siegha tax-xoghol, qabel il-hin tal-loghba ( mit-Tnejn sal-Gimgha, hinijiet tal-ftuh tal-Federazzjoni ). Multa € 50.00.

 

3. Il-plejers irid ikollhom in-numru tar-Registrazzjoni tal-F.K.B. fuq il-“Line Up Form”, u jridu jipprezentaw il-Karta ta’ l-Identita’ ta’ l-F.K.B. lir-Referee qabel jibda l-loghob. F’nuqqas ta’ dan, ma jistghux jilaghbu, u jekk b’ rizultat ta’ dan il-loghba ma tkunx tista’ ssir, tigi meqjusa bhala “Walk-Over”, u r-Referee ghandu jaghmel rapport lill-F.K.B. Multa € 25.00.

 

4. Ir-rapprezentant tal-kumitat, irid jipprezenta “Line-Up Form” doppja li jkun fiha l-ismijiet, in-numru tar-Registrazzjoni tal-F.K.B. tal-plejers.Fuq il-Line-Up Form irid ikun hemm il-firma tal-kaptin u l-firma ta’ xi membru mill-kumitat. Kopja tal-Line-up Form  ghandha tintbaghat lill-Federazzjoni u koppja ohra tinghata lit-tim avversarju. Trid tintbaghat ukoll lill-federazzjoni Score sheet iffirmata mir-referee u miz-zewg kaptins tat-tim flimkien mal-F.K.B. number. Il-kumitat tal-Home Tim irid icempel lis-Segretarju tal-F.K.B. dwar ir-rizultat finali tal-loghba. Multa € 5.00.

 

N.B. Isem il-pleyer fuq il-Line-Up Form irid ikun miktub b-ittri kbar. Ez: TONI GRECH u mhux T.GRECH. Multa € 3.00 / € 5.00.

 

5. Fuq il-“Line-Up Form” iridu jitnizzlu dawn il-plejers :-

 

League: Tim kompost minn tliet ( 3 ) plejers, jitnizzlu fuq “Line-Up Form” sa sitt ( 6 )  plejers.

 

  a) K.O. Tims 3 x 3  jitnizzlu sitt (6) plejers.

 

  b) K.O. Tims 2 x 2  jitnizzlu sa tliet ( 3 ) plejers Jew kif jigi deciz mill-Kunsill. 

 

F’Kaz ta’ plejers assenti, isimhom ma jistax jidher fuq il’Line-Up Form’, u wara l-bidu tal-loghob, ma jista’ jitnizzel ebda Isem. F’kull team jista jsir uzu minn zewg ( 2 ) plejers U/16 biss. Il-plejers li jiehdu sehem iridu jkunu ndikati permezz ta’ salib ma’ genb isimhom.

 

6. It-timijiet ghandhom ikunu prezenti ghal-loghob fil-hin stipulat, anke jekk tkun ix-xita.

 

7. Tim ikollu hmistax-il ( 15 ) minuta “Grace” fuq il-hin ufficjali tal-partita. Dawn il-hmistax il-( 15 ) minuta “Grace” jittiehdu jekk ma jkunx hemm plejers bizzejjed minn xi tim biex tkun tista tibda il-loghba.

 

Ezempju:- Loghba tal-League jekk ikun hemm tliet ( 3 ) plejers minn kull Tim prezenti ikun bizzejjed biex tibda l-loghba, u ghaldaqstant ir-referee huwa obbligat li jibda l-imsemmija loghba.

 

8. F’Kaz li tim ma jkunx prezenti ghal-loghob sa’ hmistax ( 15 ) il-minuta mill-hin avzat, il-partita ma tintlaghabx, u ghandu jsir rapport mir-referee jew mill-Kumitat tal-“Home Tim”. Multa € 25.00.

 

9. Jekk loghba tithassar minhabba xita, qtugh ta’ kurrent elettriku, ecc., il-punti li jkunu saru sal-gugata li fiha jkunu ntlaghbu l-bocci kollha, ma jintilfux, u l-loghba titkompla fuq dawn il-punti l-ghada, jew f’data ohra li jiffissa l-Kunsill. Meta din titkompla, it-timijiet iridu jilaghbu bl-istess formazzjoni u line-up. F’cirkostanzi ta’ “Force Majeur” jiddeciedi l-Kunsill.

 

10. F’kaz ta’ xita jew problemi ohra li jistghu jinqalghu waqt il-loghba, ir-Referee ghandu jzomm biss sa hmistax ( 15 ) il-minuta sabiex il-loghba titkompla jew tigi sospiza. F’kull darba li tieqaf il-loghba, wara darbtejn ta’ waqfien, mat-tielet darba din ghandha tigi sospiza.

 

10 a. F’kaz ta’ qtugh ta’ l-eletriku, ir-referee ghandu jzomm sa tletin ( 30 ) minuta sabiex il-loghba titkompla jew tigi sospiza. Jekk ikun hemm talba lir-referee u jsir qbil bejn iz-zewg delegati tal-klabbs, dawn jistghu jistennew aktar mill-hin stabbilit fl-istess Regolament u skond kif jigi miftiehem.

 

11. Jekk  xi partita, ghal xi raguni, tigi posposta jew ma tkunx tista’ ssir fil-gurnata ffissata, din trid tintlaghab l-ghada, u jibqa jsir hekk sakemm din tintlaghab qabel xi partita li jkun imisshom jilaghbu z-zewg timijiet. F’cirkustanzi ta’ “Force Majeur” jiddeciedi l-Kunsill.

 

Pitches, Taghmir, Bocci

 

12. Il-loghob ghandu jsir f’pitches approvati mill-Kunsill. It-targa madwar il-pitch trid tkun, mill-anqas,10 pulzieri ( 20cm ) gholja. Qabel kull loghba l-pitch irid jinkines u jekk ikun fih xi zrar fil-wicc irid ikun mghoddi bir-romblu. Multa € 25.00.

12A. Dak il-klabb li jixtieq li l-finali ta` xi wahda mill-kompetizzjonijiet isir fil pitch tieghu ghandu jitfa l-applikazzjoni tieghu wara li tintbghat cirkulari mill-F.K.B. Wara li jingabru l-applikazzjonijiet titla l-polza biex jintghazel il-pitch. Kull klabb jista jitfa applikazzjoni wahda biss (Ez. jekk jitfa applikazzjoni ghall-finali ta` 3 x 3 ma` tistax titfa applikazzjoni ghall 2 x 2 jew 1 x 1 etc.etc.) Dak il-klabb li dik is-sena jiehu finali, is-sena ta` wara ma` jistax jerga japplika ghall-ebda finali. Il-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci ser tkun risponsabbli f`dik li hi ghazla tal-pitches.

 

13. Hi responsabbilta’ tal-Kumitat tal-lokal li l-pitch ikun ippreparat tajjeb f’dik li hija ndafa ecc. Multa € 25.00.

 

14. Ir-Referee biss ghandu d-dritt li jiggudika jekk il-pitch ikunx tajjeb ghal-loghob jew le.

 

15. Ir-Referee jista’ jiddikjara li parti mill-pitch ma tkunx tajba ghal-loghob. Ghaldaqstant f’kull parti r-Referee jrid jimmarka b’sinjal fuq l-art, biex juri dik il-parti ezatta li mhix tajba ghal loghob. Jekk xi parti tal-likk jew bocci jkun ghadhom fil-parti mmarkata ghal loghob mas-sinjal jew fuq is-sinjal li jkun ghamel ir-Referee, din tkun ghadha tilghab. F’dan il-kaz, jekk il-Likk jintlaqat u jigi f’dik il-parti, dan ghandu jitqies bhala mitluf, u wara jigi applikat ir-Regolament 54 A. Jekk  bocca tigi f’dik il-parti li mhix tajba ghall-loghob, din trid tingabar minnufih. Jekk minnhabba dik il-parti li r-referee ikun iddikjara li mhix tajba ghall-loghob ma jkunx jista jintefa il-likk  sa seba u tletin (37)  pied, il-loghba ma tistax tintlaghab. 

 

16. Qabel tibda l-loghba, il-Kumitat tal-lokal irid jassigura li jkunu provduti :-

 

  a) Rutella u Inside Caliper 8”.

 

  b) Staffa tonda b’dijametru ta’ hames piedi u nofs ( 5 ½” ) ( 165 centimetru ).

 

  c) ‘Marking Bord’, nofs ahmar u nofs ahdar u n-numri miz-0 sal-21.

 

  d) ‘Gauge’ ghall-bocci l-kbar u iehor ghall bocci zghar li tipprovdi l-F.K.B.

 

  e) Likkijiet kulur skur dijametru ta’ 5/8” jew 16mm.

 

  f)  Kaxxi biex jitpoggew fihom il-bocci waqt il-loghob.

 

  g) Bocci skond il-htiega tal-Kompetizzjoni nvoluta.

 

  h) Ismijiet tal-klabbs li jkunu jilghabu. Multa € 12.00 / € 25.00 / € 35.00

 

17. Il-kulur tal-bocci ghandu jkun sett ahmar u sett ahdar dawk approvati mill-F.K.B. erba’ ( 4 ) bocci tat-tgarar min kull sett irid ikollhom balla bajda ta’ mhux anqas minn pulzier u kwart, u mhux aktar min pulzier u nofs. It-tim li jilghab away irid jiehu mieghu ghal-loghob il-bocci homor, kbar u zghar, kif ukoll rutella. Jekk tim li jkun ser jilghab Away ghal xi raguni ma jaslulux il-bocci li suppost kellu jilghab biehom, dawn il-bocci ghandhom jigu provduti mill-Home tim.F’dan il-kaz ir-Referee huwa obbligat li jaghmel rapport u jintbghat lis-Segretarju tal-Federazzjoni tal-Bocci. Fih ghandu jigi spjegat ghaliex il-bocci ta’ l’imsemi tim ma waslulux. Il-Kunsill huwa f’dmir li jara li dawn l-affarijiet ma jibqghux jigu repetuti specjalment mill-istess tim. Multa € 12.00.

 

18. Il-bocci kemm tat-tgarar, kif ukoll dawk tat-tfendija jridu jkunu dawk standard mahruga mill-F.K.B.

 

19. Il-bocci jistghu jitkejlu b’gauge approvat mill-F.K.B qabel il-hin iffissat ghal-loghba. Dawk li ma jkunux skond ir-Regolamenti, jew mhux f’kundizzjoni xierqa, ghandhom jinbidlu. Jekk dan il-kejl jew spezzjoni ma jsirx fil-hin stipulat,jigifieri qabel ma jintlaghab il-likk  m’ghandu jigi accettat ebda protest aktar tard. Hadd ma jista jibdel il-bocci wara li tibda il-loghba hlief jekk ikun hemm ksur ta’ bocci.

 

20. L-ahhar hames ( 5 ) minuti qabel il-hin stipulat ghall-partita, ghandhom ikunu ghad-dispozizzjoni ta’ l-Away tim BISS, biex fihom jigu ttestjati kemm il-bocci kif ukoll il-pitch.

 

21. “Track-Suits” huma permessi, izda l-uzu tal-gakketta tat-“track-suit” tithalla fil-ghazla tal-plejer individwali, basta l-Isem tal-Klabb ikun jidher. Multa € 5.00 / € 7.00 / € 25.00.

 

22. Il-plejers ghandhom jilaghbu bi qliezet ta’ uniformita’ wahda u kulur wiehed. Jistghu jintuzaw kemm ‘shorts’, kif ukoll qliezet twal. Il-plejers jistghu jilaghbu biss bi “Slippers” jew “Gym Shoes”.

Multa € 5.00 / € 7.00 / € 25.00.

 

23. Waqt il-loghob ghandu jkun prezenti, mill-anqas membru tal-kumitat tal-lokal fejn ikun qed isir il-loghob. Iz-zamma tad-dixxiplina waqt il-loghob hi responsabbilta’ tal-kumitat tal-lokal. Ghandu jkun hemm, mill-anqas membru tal-kumitat tat-tim l-iehor ukoll. Ir-Referee ghandu jirrikorri lejn il-kumitat f’kaz ta’ nuqqas ta’ dixxiplina mill-partitarji ecc., matul il-loghob.

Multa € 5.00 / € 7.00 / € 25.00.

 

24. Fil-pitch jidhlu biss il-plejers li se jilaghbu, ir-Referee / Ass.Referee u l-Marker. L-ispettaturi jridu jkunu’l barra mill-pitch.

 

25. Waqt il-loghob, minn x’hin tibda sa ma tispicca l-partita, ebda plejer ma jista’ johrog mill-pitch minghajr il-permess tar-Referee. Jekk jigri dan, il-plejer jigi skwalifikat u postu jittiehed mis-sostitut. Jekk dan ma jkunx prezenti jew ikun ga dahal jilghab, it-tim jitlef il-loghba. Multa € 12.00.

 

26. Ebda plejer ma jista jaghmel uzu tal-Mobile Phone jekk mhux f’kaz urgenti, u wara li dan jitlob permess lir-Referee. Huwa dmir tar-Referee li javza l-plejers biex jitfu l-Mobile Phone waqt il-loghob. F’kaz li jixtiequ li l-Mobile Phone jibqa mixghul, dawn ghandhom jghadduh lil xi hadd barra mill-pitch u biex juzawh, jekk mhux kaz urgenti, iridu xorta il-permess mir-RefereeMulta € 5.00.

 

27. Ma jistghux isiru argumenti waqt il-loghob. Jekk plejer jigi ammonit dwar dan u ma jobdix, ir-Referee ghandu jaghmel rapport lill-Kunsill. Jekk jippersisti, ghandu jitkecca u postu jittiehed mis-sostitut. Jekk dan ma jkunx prezenti jew ikun ga dahal jilghab, it-tim jitlef il-loghba. Multa € 12.00.

 

28. Jista’ jkellem lir-referee l-kaptin biss. Dan irid ikellmu bil-prudenza u b’ mod dixxiplinat. F’kaz kuntrarju, ir-Referee jista’ applika Regolament 27. F’kaz ta’ nuqqas ta’ qbil, id-decizjoni tar-Referee hija finali. It-tim involut jibqaghlu d-dritt ta’ protest wara li tintemm il-partita. Konsultatzzjonijiet mar-Regolamenti huma rikmandati. Multa € 12.00.

 

29. Ebda spettatur ma jista’ jkellem, jinsolenta jew jimmolesta lir-Referee. Jekk jigri dan, jinzamm responsabbli l-klabb ta’ l-ispettatur, li jigi kkastigat skond kif jidhirlu l-Kunsill.

 

Il-Loghba

 

L-ghan ta’ kull gugatur hu li jgib il-bocca / bocci tieghu jew tat-tim tieghu eqreb lejn il-likk minn dawk ta’ l-avversarju / avversarji tieghu, biex dawn jissarfu f’punti. Dan jista’ jsir permezz ta’ tfendija jew permezz tat-tgarar ghall-bocci ta’ l-avversarju.

 

30. Il-loghba tal-bocci tista’ tintlaghab :-

 

  a) Gugatur kontra iehor, fejn jintuzaw tliet ( 3 ) bocci tat-tfendija u erba’ ( 4 ) bocci tat-tgarar ghal kull wiehed.

 

  b) Zewg gugaturi kontra tnejn ohra, jigifieri, fendatur u garatur kontra fendatur u garatur. Wiehed ikollu tliet ( 3 ) bocci tat-tfendija u l-iehor erba’ ( 4 ) bocci tat-tgarar. Ikun permess sostitut wiehed.

 

  c) Tliet gugaturi kontra tliet gugaturi jigifieri, fendatur u zewg garaturi kontra fenditur u zewg garaturi. Il-fendituri jkollhom tliet ( 3 ) bocci kull wiehed u l-garaturi erba’ ( 4 ) bocci kull wiehed. Jistaw isiru tlett sostutzjonijiet matul il-loghba.

 

31. Plejers li jidhlu bhala sostituti jistghu jibdlu l-bocci, imma fenditur irid jidhol flok fenditur u garatur irid jidhol flok garatur.

 

Ezempju:- Fenditur irid jidhol flok fenditur. Fl-ebda hin, hadd ma jista jibdel il-bocci b’xi bocci ohra, hlief jekk tkun inqasmet xi bocca. 

 

31 a. Plejer sostitut ma jistax jiehu sehem aktar fil-loghba, jigifieri ma jistax jerga jidhol jilghab. Dak il-plejer li jidhol bhala sostitut ghandu dritt li jaghmel zewg minuti warming up.

 

32. Huwa d-dover tar-rapprezentant tat-tim li javza lir-Referee qabel kull bidla ta’ plejer. Dan ghandu jiehu hsieb jinnota l-bidla fil-Line-Up Form, skond kif jitlob Regolament Nru  5. Multa € 12.00 / € 25.00

 

33. Ebda loghob ma jista’ jsir minghajr Referee. Dan jista’ jigi nominat / delegat mill-Kunsill / jew kumitati tal-klabbs u id-decizjonijiet tieghu huma finali. Dan irid ikun liebes dicenti, jigifieri, irid ikun liebes bilfors il-flokk provduta mill-Federazzjoni, u flokk bic-cingi, flip-flops, sandlijiet jew krakar mhux permessi.

Il-klabb ta’ dak ir-referee  ser jinzamm responsabbli jekk jinkiser dan ir-regolament (pagna 32. Par 33). L-ewwel darba multa ta’ € 20.00, pero jekk jerga jinkiser dan ir-regolament mill-istess referee ser tigi mmposta multa ta’ € 60.00 kull darba li jsir hekk, ebda referee ma jista jirefja minghajr il-flokk  approvat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Bocci.

33 a. Referee tal-Klabb / jew Referee imqabbad mill-klabb li jkun qed jilghab

Home”, irid joqghod in-naha tat-tim oppost waqt il-loghba.

 

33 b. Fl-ebda hin, jekk mhux kaz urgenti jew ta’ emergenza, ma jista jinbidel ir-Referee tal-loghba.

 

34. Partita bocci tkkonsisti f`loghba wahda ta` 21 punt. Ir-rebbiegh ikun dak it-tim li jtella dan il-puntegg l-ewwel. Ta` kull rebha tiehu punt.

35. Loghba “Knock-Out” tintlaghab fuq bazi ta’ “Home” u “Away”, partita ta’ wiehed u ghoxrin ( 21 ) punt  ghand l-ewwel tim u r-Return ghand it-tieni tim. F’kaz li kull tim jirbah partita, issir “Decider” ta’ hdax ( 11 ) il-punt f’ dak l-istess pitch fejn tkun ghadha kif intemmet it-tieni partita.

 

l-Istaffa u l-Pozizzjoni tal-Plejers

 

36. L-istaffa tkun forma ta’ cirku b’dijametru ta’ hames piedi u nofs (5 ½”) (165 centimetru). Tkun mizbugha nofs ahmar u nofs ahdar, li minn go fiha l-plejer jaghmel il-gugata.

 

37. L-istaffa trid titqieghed mhux anqas minn hames piedi (1.5 metri) mil-limiti tal-pitch. Jekk tkun intlaghbet l-ewwel bocca, ma tkunx tista tigi imkejla id-distanza ta’ l-istaffa minn mal-hajt. 

 

38. Il-pali tar-riglejn tal-player meta jkun ifendi jew igara jridu jkunu gewwa l-istaffa, u ebda parti minn xi pala tar-riglejn (slipper ecc.) ma tista’ tmiss ma’ l-istaffa. Jekk ir-referee jinnota li plejer ghandu reglejh fuq l-istaffa w dan ikun ghadu ma` lghabx il-bocca, ir-referee ghandu jwiddeb lill-plejer darbtejn, u mat-tielet darba tinharaq il-bocca. Jekk il-plejer jilhaq jilaghb il-bocca waqt li riglejh tkun fuq l-istaffa, u r-referee ma` jilhaqx iwiddbu, il-bocca ghandha tinharaq. Jekk permezz ta` din il-bocca jkun sar xi caqliq ta` bocci, dawn ghandhom jergghu jitpoggew fejn, skont ir-referee, kienet il-pozizzjoni originali qabel intlaghbet il-bocca li trid tinharaq.

 

38 a. Jekk waqt xi gugata ikun hemm zewg plejers ta’ l-istess tim fl-istaffa u xi bocca tilhaq tintlaghab, dik il-bocca tinharaq. F’kaz li bil-bocca li ntlaghbet iccaqalqu xi bocci, ir-referee ghandu jpoggi il-bocca / bocci li ccaqalqu fejn jidhirlu li kienet / kienu.

 

39. Jekk waqt tefgha sieq jew parti minnha tohrog mill-istaffa, sakemm ma tisserrahx ma’ l-art barra mic-cirku, il-bocca milghuba ma tinharaqx.

 

40. Il-plejer, wara li jkun laghab il-bocca, jista johrog kif irid minn goc-cirku u dik il-bocca li jkun laghab ma tinharaqx.

 

41. Il-players kollha li ma jkunux fuq gugata ghandhom joqoghdu wara l-istaffa, u hadd ma jista’ jiccaqlaq jew jitkellem meta plejer ikun qed jilghab.

 

42. Kull plejer, qabel ma jilghab bocca, ghandu dritt li jitlob lir-Referee biex jieqfu mossi jew caqlieq, kemm tal-plejers kif ukoll ta’ l-ispettaturi.

 

43. Plejer jista’ jigbed l-attenzjoni tar-referee jekk, fl-opinjoni tieghu, bocca li jkun se jitfa’ tista’ tahbat ma’ xi persuna jew ticcaqlaq minn xi plejer.

 

44. Jekk bocca ticcaqlaq min xi plejer, tinharaq u tingabar, basta l-plejer ma jkunx tat-tim avversarju jew ir-referee. F’dan il-kaz ir-Referee ghandu jpoggi l-bocca fejn jidhirlu li kienet.


Lok il-Bocci waqt il-Loghob

 

45. Waqt il-loghob, sa minn meta jintefa’ l-Likk, il-bocci kollha ghandhom ikunu fuq jew go xi apparat maghmul apposta. Ebda plejer ma jista jkollu bocci f’idejh meta johrog jigbor il-likk, biex jintefa it-tieni darba jew meta jmur biex jara l-loghob. Dan ghandu jhalli l-bocci fil-kaxxa. Jekk ma` jsirx dan, ghall-ewwel u t-tieni darba, it-tim involut ghandu jigi ammonit mir-referee. Mat-tielet ammonizzjoni tinharaq il-bocca ta` dak il-plejer li jkun hareg l-ahhar.  

 

 

46. Bocca titqies milghuba jekk tohrog min nofs ic-cirku ‘l quddiem, basta il-plejer ikun diga dahal fic-cirku, coe iz-zewg pali tar-riglejn ikunu gewwa c-cirku. 

 

46 a. F’kaz li bocca tahbat ma xi haga jew xi hadd, anke jekk tkun barra l-Pitch, u

terga tidhol fil-Pitch, il-loghob jitkompla, bil-bocca tibqa fejn tkun giet.

 

F’kaz li r-Referee jinnota li l-Bocca tkun harget barra mill-Pitch u intenzjonalment terga tintefa lura fil-Pitch minn xi hadd, din ghanda tigi dikjarata bhala Mitlufa.  

 

Il-Likk

 

47. Il-likk, li jkun bocca skura tal-hadid b’dijametru ta’ 5/8” ( 16mm ), jintefa' minn wiehed mill-plejers minn gewwa l-istaffa, mas-sinjal tar-Referee.


48. L-ewwel loghba kif ukoll it-tieni loghba l-likk irid jittiehed bil-munita. Bejn tefgha u ohra il-likk irid jibdel l-id.

49. Il-gugata tibda ma’ l-ewwel tefgha tal-Likk. Ebda tibdil ta’ plejers ma jista jsir wara li jintefa’ l-likk.

 

50. Il-likk jintefa’ sa darbtejn Biss. Wara t-tieni darba jibqa’ fejn ikun, jew, jekk ma jkunx skond ir-Regolamenti, jiehdu l-avversarju. Jekk jigri dan, fit-tefgha ta’ wara, il-likk jittiehed mit-tim li jkun tilfu.

 

51. Il-likk ma jistax jintefa’ anqas minn hmistax ( 15 ) il-pied ( 4.575 metri ) u mhux aktar minn seba u tlettin ( 37 ) pied ( 11.285 il-metri ) ‘il boghod mill-istaffa, u mhux anqas minn hames ( 5 ) piedi ( 1.525 metri ) ‘l gewwa mil-limiti tal-pitch. Fil-loghob ta’ l-U/16 id-distanza massima hi ta’ tletin ( 30 ) pied ( 9.15 metri ). Id-distanza mic-cirku titkejjel mic-cirkonferenza ta’ gewwa. Il-kejl tad-distanza tal-likk ma jistax jitkejjel jekk tkun intlaghbet l-ewwel bocca.

 

52. F’kaz li l-Likk jahbat ma’ xi haga jew xi hadd, anke jekk tkun barra l-pitch u jerga’ jidhol fil-pitch, il-loghob jitkompla bil-likk jibqa’ fejn ikun gie, basta jkun skond ir-Regolamenti. F’kaz li Referee jinnota li Likk ikun hareg barra mil-Pitch u intenzjonalment jerga jintefa fil-Pitch min xi hadd ghandu jigi dikjarat bhala mitluf.

 

 a) Jekk il-Likk jintilef u tim li tilfu ma jkunx fadalu bocci it-tim l-iehor jghodd il-bocci li jkun fadallu f’idejh u f’dan il-kaz il-likk jibdel l-id. Jekk tim ikun fadalu l-bocci huwa biss u jitlef il-likk il-bocci li jkun fadalu ma jinghaddux u l-gugata terga issir mill-gdid. F’dan il-kaz il-likk ma jibdilx l-id.

 

  b) Dwar meta il-likk jigi dikjarat mitluf ghax ikun gie f’zona ta’ inqas minn hames piedi minn gewwa tac-cirku f’dan il-kaz Paragrafu 54 (a) ma japplikax u ghaldaqastant f’dik il-gugata il-punti ma jehodhom hadd. F’dan il-kaz wkoll il-likk ma jibdilx l-id. 

 

55. Jekk waqt il-loghob il-Likk jinheba sa nofsu jew aktar, fit-trab jew go xi hofra / toqba fil-pitch,  il-likk ghandu jigi mikxuf mir-Referee. Jekk il-likk jinheba u ma jkunx jista jitkejjel, jigi dikjarat bhala mitluf, u f’dan il-kaz il-likk ma jibdilx l-id. Ghaldaqstant Regolament 54 (a) ma japplikax. 

 

53. Jekk f’xi gugata ma jinghatawx punti ghax l-ahhar zewg bocci jkunu gew indaqs, il-Likk xorta wahda jrid jibdel l-id.

 

Tikjil u Ghoti ta’ Punti

 

54. Kull ghamla ta’ kejl li tintuza trid tkun approvata mill-Kunsill. Meta t-tikjil ma jistghux isir bir-rutella approvata mill-Kunsill, dan irid isir b’rutella tal-kejl itwal.

 

55. Hija r-responsabbilta’ tal-Kaptin li jghid lir-Referee liema bocci jkun irid li jitkejlu, sewwa waqt, kif ukoll wara kull tefgha.

 

56. Bocci li diga’ jkunu mkejla, u la huma u anqas il-likk ma jkunu ccaqalqu waqt il-loghob, m’hemmx ghalfejn jergghu jitkejlu. Id-decizjoni ta’ l-ewwel kejl tibqa’ ssehh. Izda meta zewg bocci, li meta jitkejlu jkunu ndaqs, u wara jkunu ntefghu xi bocci ghalihom u jkun impossibbli tghid jekk setghux iccaqalqu, dawn jistghu jitkejlu mill-gdid.

 

57. Ghandha titkejjel l-ewwel, l-ahhar bocca li tkun intlaghbet, izda jekk it-tikjil ikun se jsir bejn bocca zghira u ohra kbira, l-ewwel ma titkejjel ghandha tkun il-bocca z-zghira.

 

58. Jekk bocca tkun qed tfixkel fil-kejl, ir-Referee jista’ jnehhiha, u wara jerga’ jqieghdha fejn kienet.

59. Waqt it-tikjil tal-bocci mir-Referee, iz-zewg captains biss jistghu joqoghdu fuq il-loghob.

 

60. Meta zewg bocci jigu ndaqs, jerga’ jilghab dak li jkun laghab l-ahhar bocca. Jekk dan jigi bil-qliegh, imma l-avversarju jtajjarlu dik il-bocca li jkun qalgha biha, il-pozizzjoni tirritorna ghal meta l-bocci kienu tkejlu u nstabu ndaqs.

 

Ezempju :- L’ahmar qieghed bil-loghob, jilghab it-tim ahdar, u meta jkejjel ir-Referee jsib li z-zewg bocci huma indaqs. F’dan il-kaz l-ahmar jigi dikjarat li ghadu bil-loghob u jerga’ jilghab l-ahdar. Meta jilghab l-ahdar u jaqla’, jilghab it-tim ahmar u jtajjarlu dik il-bocca li qala’ biha. Dan ifisser li qed nirritornaw fis-sitwazzjoni meta r-referee kien kejjel il-bocci u sabhom indaqs, u ddikjara lill-ahmar bil-loghob. Ghalhekk, anke f’dan il-kaz, l-ahmar jigi ddikjarat bil-loghob, u jilghab it-tim l-ahdar.

 

Ezempju iehor :- Dejjem fuq dawn iz-zewg bocci. Ghidna li l-ahmar dikjarat bil-loghob u jerga’ jilghab it-tim ahdar, u dan jirnexxielu li jgib aktar minn bocca wahda eqreb minn dawk iz-zewg bocci, li meta tkejlu kienu nstabu ndaqs, u t-tim l-ahmar, meta jilghab itajjarlu dawk il-bocci eqreb lejn il-likk minn dawk iz-zewg bocci ndaqs.

Ghalhekk, anke f’dan il-kaz, l-ahmar jigi dikjarat bil-loghob u jerga’ jilghab it-tim ahdar.

 

Ezempju iehor :- Jekk it-tim l-ahmar ikun bil-loghob u jilghab it-tim ahdar u dan bil-bocca li jkun laghab igib wahda jew aktar bocci bil-loghob u ohra tigi dikjarata ndaqs mir-referee, jilghab it-tim ahmar u jtajjar dik jew dawk il-bocci lit-tim ahdar ikun qala bihom. F’dan il-kaz issa jkun fadal dik il-bocca li r-referee ikun iddikjara li hija indaqs, l-ahmar jigi dikjarat li qieghed loghob u jerga jilghab l-ahdar. Fi tmiem il-gugata, jekk meta jitkejlu l-bocci ikunu dawk iz-zewg bocci dikjarati ndaqs, il-punti ma jehodhom hadd, u f’dan il-kaz il-likk xorta jibdel l-id.

 

61. Jekk bocca, kawza ta’ l-elementi jew ghal xi raguni ohra, izda bla ma jmissa hadd jew xi haga, ticcaqlaq minn postha wara li tkun waqfet ghal kollox, terga titpogga mir-Referee fil-post fejn waqfet qabel iccaqalqet. Dan jidhol fis-sehh jekk tkun intlaghbet bocca ohra warajha.

 

62. Jekk bocca tkun ghadha miexja, u tkun qabzet il-likk il-bocca li tintlaghab warajha ma tinharaqx, imma jekk bocca tkun ghadna miexja, u ma tkunx qabzet il-Likk, il-bocca li tintlghab warajha tinharaq. Ghaggla zejda mhux rakkomandati. F’xi kazi partikulari ir-Referee ghandu d-dritt li jwaqqaf lill plejer milli jilghab sakemm tieqaf il-bocca li tkun intlaghbet qabel.

 

63. Fl-ahhar tat-tefgha jinghaddu l-bocci bl-istess kulur li jkunu l-eqreb lejn il-likk u jittiehdu bhala punti mit-tim taghhom. Bocci li jkunu ndaqs ma’ bocci tal-kulur l-iehor ma jinghaddux.

 

64. Fi tmiem il-gugata, meta l-eqreb zewg bocci lejn il-likk ikunu ta’ kulur differenti, u wara li jitkejlu jinstabu ndaqs, il-punt ma jiehdu hadd. F’dan il-kaz il-likk xorta jibdel l-id.

 

65. Jekk xi bocca tinqasam, tkun tghodd il-parti l-kbira. Ir-referee jiddeciedi liema tkun din. Din trid tinbidel malli tigi stabbilita l-pozizzjoni taghha. Din il-bocca ghanda tigi ipprovduta mill-“Home Tim”.

 

66. Fl-ahhar ta’ kull gugata ir-Referee flimkien maz-zewg “Captains” BISS jistu jitilghu fuq il-loghob biex jinataw il-punti finali. HADD hlief il-“kaptins” mghandhom dritt jghidu lir-“Referee” biex jitkejlu xi bocci li diga tkejlu bl-ordni tal-Kaptins u gie deciz min ha l-punti. HADD  mill players l-ohra ma ghandhom dritt jitolbu lir-“Referee” biex ikejlu xi bocci ohra. Meta r-“Referee” jiddikjara l-punti finali ma jistax isir izjed kejl mir-“Referee”.

 

Ezempju :- Jekk “Referee” jiddikjara bocca hamra u jew hadra hadd ma jista jitla (hu ta` min hu l-plejer) u jitlob lir-Rreferee biex ikejjel il-bocci. Tinsewx li waqt il-kejl iz-zewg “Kaptins” BISS jistghu jitilghu fuq il-loghob u HADD izjed.

 

Regolamenti Ohra

 

67. Waqt il-loghba, il-kowc/dirigenti li jkunu responsabbli mit-tim, jista’ jitlob lir-Referee biex isejjah zewg “Time-Outs” ta’ mhux aktar minn zewg minuti l-wiehed biex ikellem jew jaghti struzzjonijiet lill-plejers tieghu. Dan jista’ jsir biss bejn gugata u ohra. Waqt it-‘Time-Out’, il-players tat-tim avversarju jistghu jitkellmu mal-kowc/dirigenti taghhom ukoll. Fic-Charity Cup jistghu jissejhu tlett ( 3 ) ‘Time-Outs’, wiehed f’kull loghba, jigifieri fl-Individwali, f’ta’ Tnejn bi Tnejn u iehor f’ta’ Tlieta bi Tlieta. Multa € 5.00.

 

68 a. Meta xi tim jilhaq il-puntegg ta’ Ghaxar ( 10 ) punti, trid issir waqfa ta’ hames ( 5 ) minuti Break. F’dawn il-hames ( 5 ) minuti il-Plejers Reserevs kollha jistghu jaghmlu ftit “Warming Up“ bil-Bocci.   

 

69. Ebda regolament ma jista’ jigi mibdul jew miksur, anqas bi ftehim bejn iz-zewg socjetajiet jew timijiet li jkunu qed jiehdu parti fil-loghob. Multa € 5.00.

 

70. Jekk jinqalghu cirkustanzi waqt il-loghob li mhumiex mahsuba f’dawn ir-regolamenti, id-decizjoni tar-referee tkun finali.

 

71. Jekk xi tim jew klabb ikollu xi protest x’jaghmel, dan ghandu jaghmlu bil-miktub sa mhux aktar tard minn tmienia u erbghin ( 48 ) siegha wara l-hin iffissat ghal-loghba koncernata ( Ghall-fini ta’ din il-klawsola jitqiesu granet tax-xoghol mit-Tnejn sal-Gimgha. Jigifieri Sibtijiet, Hdud u Festi eskluzi ).

 

Dan ghandu jintbaghat lis-Segretarju tal-Federazzjoni, akkompanjat minn “Hlas” ta’  € 25.00.

 

Dawn jintraddu lura jekk il-protest jirbhuh. Tim li jitlef l-imsemmi protest jehel

€ 25.00 multa meta jinstema l-kaz barra dak li jkun wehel fil-protest. Zewg ufficjali tal-klabbs koncernat jistghu jipprezentaw / jiddefendu l-protest quddiem il-Bord.

 

72. Id-dicizjonijiet tal-Kunsill huma Finali, konklussivi u inappellabbli. Ghal dan il-ghan, “inappellabbli” tfisser li ma tistax titressaq quddiem ebda awtorita’ amministrattiva jew gudizzjarja.

 

73. Fejn jissemma l-Kunsill, dan ifisser il-Kunsill tal-F.K.B. jew xi Bord jew Kummissjoni etc..ctc.., mahtura mill-istess Kunsill, jew mil-Laqgha Generali.

 

74. Kull plejer, biex jiehu sehem f’kull kompetizzjoni organizzata mill-F.K.B, jrid ikollu l-approvazzjoni mill-klabb li jkun irregistrat mieghu.

 

75. It-Tim li jkun qieghed jilghab “Away” ghandu jindika assistant referee, biex jassisti lir-referee f’kaz ta’ bzonn. Dan ghandu jintervjenia biss jekk indikat lilu mir-Referee.

 

76. Fil-loghob tac-Charity Cup, il-loghob ta’ wiehed kontra wiehed u ta’ tnejn kontra tnejn, u tlieta kontra tliet il-loghba tintrebah minn ( hdax ) 11  il-punt. Tinghata “Line up Form” ta’ mhux aktar minn sitt ( 6 ) plejers qabel tibda l-ewwel loghba. Kull plejer ma jistax jiehu sehem f’aktar minn zewg loghbiet. F’din il-kompetizzjoni jekk ikun hemm il-htiega ta’ decider, ssir loghba ohra ta ‘ 3x3 mal-hdax ( 11 ) il-punt, u jkun jista jsir uzu mill-plejers kollha li jkun hemm fil-“Line up Form”. Ghaldaqstant dik il-formola li tkun sejra tintbaghat lill-F.K.B, fuqha jrid jigi mmarkat liema plejers laghbu, u liema plejers hadu sehem. Fic-Charity Cup biss, fil-loghba ta’ wiehed kontra wiehed, dan il-plejer jista jigi mibdul / sostitut.    

 

Hrug fuq il-loghob

 

77. L-ebda plejer li ma jkunx baqaghlu bocci x’jilghab ma jista’ johrog fuq il-loghob ghajr ghall-Kaptins. Min ikun baqaghlu l-bocci u jkun ser jilghab, jista johrog jara l-loghob. Dan jista jkun akkumpanjat mill-Kaptin tat-tim l-iehor. Jekk plejer ikun tela’ jara l-loghob, li mhux Kaptin, u wara jiddeciedi li ma jilghabx hu il-plejer li jilghab minfloku, hlief ghal Kaptin, ma jistax jerga johrog jara l-loghob. Jekk f’xi hin jigi deciz biex jigu mkejla xi bocci l-Kaptins taz-zewg timijiet biss ghandhom jassistu lir-Referee waqt il-kejl. 

 

Il-Kaptin

 

78. Minhabba li l-kaptin ghandu parti aktar importanti fit-tim, jinhtieg li meta ismu jitnizzel fuq il-“Line-up” huwa jkun indikat billi wara l-Isem tal-plejer titnizzel il-kelma (KAPT). Barra minn hekk dan ghandu jilbes faxxa ma’ idu biex ikun indikat waqt il-loghob. Jekk matul il-loghba dan jigi mibdul allura qabel ma jhalli l-pitch irid jghaddi dik il-faxxa lil siehbu skond ma jindikalu l-kumitat.

 

79 a. Il-Faxxa tal-Kaptin ma tistax tibdel l-id jekk mhux ser issir sostituzzjoni ta’ l-istess Kaptin.

 

TMIEM

 

Kodici tad-Dixxiplina

 

 

 

 

 

PIENI GHAL REATI OHRAJN

 

Laqghat mal-Kunsill / Bords

 

Kull membru ta' kumitat, Player jew Ufficjal iehor, li wara li jigi msejjah ufficjalment biex jidher quddiem il-­Kunsill u / jew Bord, jonqos li jaghmel dan: l-ewwel darba multa ta' € 12.00 it-tieni darba multa ta' € 25.00. It-tielet darba sospensjoni ta' mhux aktar minn 6 xhur. Wara tkeccija mill-F.K.B.

 

Rejati ohrajn

 

Rejati kontra r-Regolamenti tal-loghba jew nuqqas ta' konformita' ma' Artikoli ta' l-Istatut li ghalihom ghal xi raguni m’hemmx mahsub f'dan il-Kodici ta' Dixxiplina, "Hemm prevista multa ta’ mhux aktar min € 100 u / jew sospensjoni ta’ mhux anqas minn sena. F’kaz ta’ recedivita, skond ma jiddeciedi il-Bord tad-Dixxiplina".

 

Definizzjonijiet

 

"Federazzjoni" jew F.B.K., tfisser Federazzjoni Klabbs tal­-Bocci.

 

"Klabb" tfisser Centru, Ghaqda u Socjeta' affiljata mal­-Federazzjoni.

 

"Player" tfisser players registrati mal-FKB.

 

"Ufficjal" tfisser kull referee, assistent referee u persuni ohra li jzommu score sheets.

 

Id-decizjonijiet kollha tal-Kunsill u tal-Bord tal-Appelli tal-FKB huma finali, konklussivi u inappellabbli. Ghal dan il-fini "inappellabbli" tfisser li ma tistax titressaq quddiem ebda awtorita' amministrattiva jew gudizzjarja.

 

IL-PIENI GHAL KSUR TAR-REGOLAMENTI TAL-LOGHBA

 

Regolament 1   Il-kompetizzjoni dikjarata nulla u l-Klabb organizzatur jehel multa ta' mhux anqas minn € 25.00 u mhux aktar minn € 50.00.

 

Regolament 2  Player ikun ineligibbli u jekk jilghab, it-­tim tieghu jitlef il-punti. Jekk it-tim tieghu ikun tilef il-loghba, il-klabb jigi mmultat € 50.00

 

Regolament 3  Il-loghba ma tintlaghabx u t-tim avversarju jinghata W.O u multa ta’ € 25.00.

 

Regolament  4  Multa ta’ € 3.00 fuq kull kaz. Multa ta’ € 5.00 jekk klabb ma jcempilx  lis-Segretarju ir-rizultat finali ta’ kull loghba.

 

Regolament 8    Multa ta' € 25.00 u telf ta' punti.

 

Regolament 12/13  L-ewwel darba multa ta' € 25.00 Ghat-tieni nuqqas jew aktar sospensjoni tal-Pitch ghal loghba jew aktar.

 

 

Regolament 16  Nuqqas ta' xi wahda minn dawn in­necessitajiet, l-ewwel darba multa ta' mhux anqas minn € 12.00 u mhux aktar minn € 25.00 It-tieni darba multa ta' € 35.00 u l-pitch sospiz sakemm jigu provduti n-necessitajiet nieqsa.

 

Regolament 17  Multa ta' € 12.00 jekk l-erba bocci ma jkollomx balla bajda.

 

Regolament 21/22/23 L-ewwel darba twissija serja u multa ta' € 5.00 It-tieni darba multa ta' mhux anqas minn € 7.00 u mhux aktar minn € 25.00

 

Regolament 24  F'kaz li dan isir b' mod vjolenti waqt il-­loghob, ir-referee jwaqqaf il-loghob, jaghmel rap­port lill-Kunsill, li wara li jivverifika l-fatti, jimmulta jew jissospendi, skond kif jidhirlu xieraq.

 

Regolament 25  Multa ta’ € 12.00 u / jew sospensjoni skond il-gravita tal-kaz.

 

Regolament 26  Multa ta’ € 5.00

 

Regolament 27/28  Multa ta' € 12.00 u / jew sospensjoni skond il-gravita tal-kaz'. F'kaz ta' vjolenza fizika, sospensjoni ta' mhux anqas minn sena.

 

Regolament 29   Multa lill klabb u f’kaz ta’ vjolenza fizika, sospensjoni skond kif jidhirlu xieraq il-Kunsill.

 

Regolarrient 32   Multa ta' mhux anqas minn € 12.00u mhux aktar minn € 25.00

 

Regolament 70   Multa ta’ € 5.00 kull darba li jsir in-nuqqas.

 

Regolament 71  Multa ta' € 5.00 kull darba li jsir in­-nuqqas.

 

NUQQASIJIET OHRAJN

 

Kliem fahxi / oxen

 

Minn players u ufficjali: Multa personali ta' € 35.00 fuq il-­klabb.

 

Vjolenza fizika, aggressjoni, tghajjir, insulti, etc.. fuq l-Ufficjali u l-Membri tal-Kunsill tal-Federazzjoni minn xi membru / membri tal-kumitat / kumitati tal-klabbs, minn xi plejer / plejers u anke minn supporters.

 

Vjolenza fizika fuq players ufficjali tal-loghba, anke minn supporters.

 

Multa jew sospensjoni, jew multa u sospensjoni skond kif jiddeciedi il-Kunsill.

 

Multa ta' € 35.00 u / jew tnaqqis ta' 2 punti u / jew sospensjoni tal-Pitch ghal loghba wahda. F'kaz' ta' recidivita, multa ta' € 70.00 u/jew sospensjoni tal-pitch ghal 3 loghbiet.

 

Imhatri u Korruzzjoni

 

Membri tal-kumitati u players sospensjoni minn kull attivita tal-Loghba, telf tal-punti tal-loghba koncernata. Ebda amnestija m'hi applikabbli ghal dawn il-kazi.

 

Nuqqas ta' serjeta' (Disrepute)

 

Kull player, ufficjal jew membru ta' kumitat li b'xi mod jew iehor jaghmel xi azzjoni offensiva jew li tnaqqas is­-serjeta' tal-loghba, multa ta' € 12.00 u jew Sospensjoni skond il-gravita' tal-kaz.

 

Bdil ta' Fixtures

 

F’kaz' li Klabbs jew Teams jibdlu xi fixture minghajr il-­permess tal-F.K.B. jew l-Ufficjal  tal-F.K.B. inKARIGAt mil-­loghob, il-loghba tigi dikjarata nulla.

 

Zbalji Teknici

 

Applikazzjoni zbaljata tar-regolamenti li b'xi mod taffettwa r-rizultat tal-partita, issir replay tal-loghba kollha. Jistghu jittiehdu passi kontra l-ufficjali wkoll.

 
CONTACT US | SITEMAP
COPYRIGHT © 2011 FKB TRADING. ALL RIGHTS RESERVED
DESIGNED BY SWITCH | DEVELOPED BY INFUSION